Taf x'hasadna siehbi dak inhar, kemm kien hemm djar gewwa l-parrocca ta San Bastjan li ramaw il-gallarijiet u t-twieqi taghhom bl-ahmar u bix-xbiehat ta San Gorg. Taf x'hasadna iktar habib dak inhar, kif faqalkom spallitkom San Gorg ghaliex l-anqas flahtu timxu bieh u fl-irjus b'dejtu tidhlu tghinu lir-reffia. Nitkelmu ftit fuq l-irgulija. Mela ma tiftakarx kif iz-zghazagh Bastjanizi ma ridux ghal kollox li dan l-avveniment isseh u provaw ihassru din l-okkazzjoni sa l-ahhar hin billi waqt il hin tal pellegrinagg kien ser jigi organizzat green party gewwa il-kazin ta' Pintu. Li kieku ma kinx ghal erba Bastjanizi ta rieda tajba u ghal parruccjani anzjani taghkom (li hafna minnhom imsemmija ghal San Gorg) li baqaw jinsistu mal-Arcipriet taghna, kieku dan il-pellegrinagg qatt ma seh. Li kieku veru rittu li dan il-pellegrinagg isehh u jkun wiehed li jaghti gieh ukoll lil Parrocca taghkom, kieku miskom hrigtu l-vara ta San Bastjan u b'hekk iz-zewg vari kienu jiltaqghu hdejn il-Knisja iz-zghira (kif sehh f'irhula ohra waqt pellegrinaggi simili). Izda ups bil haqq insejt! inthom ma tantx tiehdu gost turuha l-vara :) Il-famuza Banda tal-Qalba. Veru l-ewwel Banda Qormi li issa tinsab fix-xaqliba l-ohra tar-Rahal. Biss infakkrek habib li din twaqfet ghal ghal San Gorg u fl-ewwel 75 sena taghha kella diversi privileggi (fosthom li d-doqq quddiem il-Vara l-kbira) li issa tilfihom. Mhux hekk biss izda minn 80 sena ilu l-parrocca taghkom spicca b'Banda second hand. U bdw lil San Gorg mhux kellna innizluh izda ridna innizluh u nizzilnieh bid dritt ghaliex Hal Qormi taghna kollu kemm hu minn tarf sa tarf. Ftakar li San Bastjan u San Gorg huma l-Protetturi ta Hal Qormi kontra l-Pesta. Xiehda tad dan kollu huma l-istatwa tal-gebel ta San Bastjan u l-Lapier tal-Fidda ex voto li jintuza ghal kull jum gewwa l-Arcimatrici Gorgjana. Fl-ahhar izda mhux l-inqas, tridu jew ma tridux, San Gorg kien ghadu u jibqa l-uniku Padrun tar-Rahal kollu.