Рет қаралды 122
Eddie Busuttil huwa Karkariż li emigra lejn l-Awstralja meta kellu biss ħmistax-il sena. Hemmhekk involva ħafna ruħu mal-komunità Maltija, speċjalment fil-qasam teatrali billi kien jipproduċi xogħlijiet għall-palk bil-Malti f'teatri differenti. Fost ix-xogħlijiet l-aktar importanti li Busuttil ipproduċa hemm Il-Ballata tal-Maltin ta' New Caledonia, b'kitba tal-kittieb emgrinat l-ieħor, Frank Zammit. Eddie Busuttil kien responsabbli għal produzzjonijiet oħrajn, fosthom il-musicals Jien it-Triq, il-Verità u l-Ħajja u Malta 1919 fost xogħlijiet mużikali oħrajn.
Id-drittijiet ta’ dan ix-xogħol huma tal-awtur(i)/tal-pubblikatur kif definiti fil-Leġiżlazzjoni xierqa dwar id-Drittijiet tal-Awtur jew kif emendati b’kull leġiżlazzjoni suċċessiva. L-utenti jistgħu jaċċessaw dan ix-xogħol u jistgħu jużaw l-informazzjoni li fih, skont il-Leġiżlazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur u dment li l-awtur jiġi rikonoxxut kif xieraq. Huma pprojbiti d-distribuzzjoni jew ir-riproduzzjoni ulterjuri fi kwalunkwe format mingħajr il-permess minn qabel tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur.
Dawn l-intervisti jsegwu r-regolamenti dwar l-etika tar-riċerka tal-Università ta' Malta.