EKU TAL-MEWT TA’ LABURIST FL-INTERDETT

  Рет қаралды 1,235

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT • Bħal-lum tnejn u sittin sena ilu, żagħżugħ ta’ 22 sena, li miet fi traġedja fil-baħar ma setax ikollu funeral normali.
Minħabba l-ideal u t-twemmin tiegħu, ġie mċaħħad minn tislima li tixraq lil kull min iħalli din id-dinja kawża tal-qagħda politiko-reliġjuża imposta mill-Knisja f’pajjiżna f’dawk iż-żminijiet.
KITBA: ANTON FALZON
FILMAT: ARKIVJI
Toninu Caligari, attivist żagħżugħ fl-età tenera ta’ 22 sena minn Ħaż-Żabbar, kien miet mgħarraq tnejn u sittin sena ilu wara li ħareġ jistad fl-inħawi ta’ Wied il-Għajn.
Kien bħal-lum, il-25 ta’ Ġunju, ta’ 62 sena ilu, meta sar il-funeral tiegħu, li kawża tas-sitwazzjoni politiko-reliġjuża ta’ dak iż-żmien baqa’ mmarkat b’tebgħa kbira sewda fl-istorja ta’ pajjiżna.
Minħabba twemminu u l-attiviżmu tiegħu fil-Partit Laburista, Caligari spiċċa jindifen fil-parti mhux ikkonsagrata taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, magħrufa bħala l-“Miżbla”. L-aħħar “vjaġġ tiegħu” ra mijiet ta’ persuni ta’ kull età, b’ideali Laburisti.
Bħal tiegħu kien id-destin ta’ oħrajn f’dawk iż-żminijiet. F’dan il-perjodu ikrah impost mill-Knisja Maltija tal-Arċisqof Mikiel Gonzi, kienu ndifnu wkoll fil-“Miżbla” għadd ta’ Laburisti, bħal Ġorġ Gravina, Ġużè Ellul Mercer, Toni Zahra, Karmenu Cini, Amletu Spiteri u Lisa Zammit.
Kien it-tmienja ta’ April, tal-elf, disa’ mija, wieħed u sittin meta l-Knisja Maltija mponiet l-interdett fuq il-membri kollha tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista wara li l-Ministru Lorry Sant kien ilu bl-istess kundanna minn sena qabel.
Dan seħħ wara li, fil-gazzetta The Struggle, li tagħha Lorry Sant kien editur, intqal li, f’pastorali tal-isqfijiet, kien hemm paragrafi politiċi.
Fis-26 ta’ Mejju tal-istess sena, il-Knisja firxet l-interdett fuq anke fuq dawk li kienu jaqraw il-gazzetti Soċjalisti u/jew saħansitra jattendu l-attivitajiet tal-Partit Laburista.
Dawk interdettjati kienu awtomatikament imċaħħdin mis-sagramenti u l-ikkundannati f’għajnejn il-Knisja Konservattiva ma setgħux iqerru jew jitqarbnu u lanqas jiżżewġu b’mod tradizzjonali, imma minflok kellhom jinħbew fis-sagristiji. La setgħu jirċievu t-tberik fid-djar u l-agħar kienu jmutu mingħajr ma jingħataw il-Griżma tal-Morda.

Пікірлер: 1
@danielcamilleri16
@danielcamilleri16 3 ай бұрын
TAL MISTHIJA DAK IZ-ZMIEN LI KELLNA L-ISQOF TA MALTA LIL M. GONZI. SHAME ON YOU TAL KLERU.
Meeting tal-Perit Duminku Mintoff il-Hadd 30 ta' April,1972 - Valletta
10:28
Ghaqda Duminku Mintoff
Рет қаралды 7 М.
Incredible: Teacher builds airplane to teach kids behavior! #shorts
00:32
Fabiosa Stories
Рет қаралды 11 МЛН
How to win a argument
9:28
ajaxkmr
Рет қаралды 573 М.
Breaking the Calabrian Mafia in Italy | Foreign Correspondent
30:40
ABC News In-depth
Рет қаралды 3,1 МЛН
MALTA: VOTING ON INTEGRATION: (1956)
0:26
British Pathé
Рет қаралды 625
TISĦIĦ  FIL-LIĠI DWAR KAŻI TA’ VJOLENZA FUQ IL-PULIZIJA
1:40
MUSCAT, MIZZI U SCHEMBRI TAĦT ATT TA’ AKKUŻA
3:01
ONE News Malta
Рет қаралды 1 М.
Deheb Il-Karta - Is-Soru Qattiela
14:30
DivertmentMalti
Рет қаралды 10 М.
Incredible: Teacher builds airplane to teach kids behavior! #shorts
00:32
Fabiosa Stories
Рет қаралды 11 МЛН