FUQ LIEMA KUMITATI SE JPOĠĠU L-MEPS TAL-PARTIT LABURISTA?

  Рет қаралды 403

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT •
Saru magħrufa l-kumitati li l-Membri Parlamentari Ewropej se jkunu fuqhom.
Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa, bdiet l-Għaxar leġiżlatura, u li l-ewwel plenarja tagħha sarret fi Strasburgu fi Franza.
Fi servizz li jmiss, il-kollegi Francesco Borg u Alex Borg ħadu l-kumment ta’ 3 Membri Parlamentari Ewropej Laburtisti - Alex Agius Saliba, Daniel Attard u Thomas Bajada dwar liema kumitati se jkun fuqhom matul din il-leġislatura.
FUQ LIEMA KUMITATI SE JPOĠĠU L-MEPS TAL-PARTIT LABURISTA?
Iktar kmieni din il-ġimgħa, bdiet l-għaxar leġiżlatura tal-Parlament Ewropew.
Leġiżlatura li fiha ġew eletti 720 Membru Parlamentari Ewropew mis-27 pajjiż li jiffurmaw l-Unjoni Ewropea.
Minn dawn is-720 Membru Parlamentari Ewropej, Malta għandha sitt membri Parlamentari Ewropej, li ġew eletti fl-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Ġunju li għaddiet.
Għal din l-elezzjoni, il-Partit Laburista tella’ tliet membri, Alex Agius Saliba, Daniel Attard u Thomas Bajada.
Proprju hekk kif issa bdiet tirranka l-ħidma ta’ dawn l-Ewroparlamentari, saru magħrufa wkoll il-kumitati li se jkunu qed jaħdmu fuqhom, sabiex l-interessi tal-Maltin ikunu verament mismugħa.
Il-Viċi President fi ħdan il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, Alex Agius Saliba spjega li din se tkun leġislatura li mhux se tkun faċli - la għall-proġett Ewropew u lanqas għall-istati membri.
Huwa spjega li jrid jiġi mbuttat l-interess nazzjonali u l-aktar prijoritajiet li huma importanti għalina bħala Maltin u Għawdxin.
ALEX AGIUS SALIBA
MEMBRU PARLAMENTARI EWROPEW LABURISTA
“F’din il-leġislatura se nkompli niffoka fuq id-drittijiet tal-konsumatur, xi ħaġa li hija importanti ħafna u li tirispetta ħafna l-valuri soċjalisti tagħna. Imma wkoll fuq il-leġislazzjoni diġitali, li ħdimt tant fuqha matul il-ħames snin li għaddew, u se nkompli naħdem fuqha. Il-qasam tax-xogħol, fejn bħala membru fuq il-qasam tax-xogħol u l-affarjiet soċjali se nkomplu naħdmu biex intejbu d-drittijiet tal-ħaddiema speċjalment dawk li jaħdmu fid-dinja diġitali. Imma wkoll, għal l-ewwel darba se npoġġi fi ħdan il-kumitat tal-libertajiet ċivili fejn hemmhekk se nkun qed nkompli nkun vuċi sabiex fil-Parlament Ewropew inkompli nispjega x-xogħol tant tajjeb Gvern Laburista sabiex inkomplu nsaħħu l-ististuzzjonijiet f’pajjiżna, d-demokrazija u separazzjonijiet tal-poter.”
Min-naħa tiegħu, Daniel Attard spjega li l-prijoritajiet tiegħu mhumiex ibbażati fuq l-interessi tiegħu imma fuq l-interess nazzjonali.
Hawn spjega li għal dan il-għan, bħala delegazzjoni Laburista inqasmu f’ kumitati differenti sabiex verament l-interess ta’ pajjiżna jiġi milħuq.
DANIEL ATTARD
MEMBRU PARLAMENTARI EWROPEW LABURISTA
“Jien personalment se nkun qed insegwi l-kumitat dwar it-trasport u t-turiżmu, żewġ oqsma importanti ħafna għal pajjiżna. Se nsegwi wkoll il-kumitat dwar l-industrija, r-riċerka u l-enerġija, naturalment importanti ħafna għal pajjiżna dan is-settur. Kif ukoll il-kumitat dwar l-iżvilupp reġjonali, dan il-kumitat jikkontrola il-mod kif jitqassmu u jintefqu l-flus Ewropej. Għalhekk huwa naturalment ta’ interess għal pajjiżna.”
Iż-żagħżugħ Għawdxi Thomas Bajada spjega li l-prijoritajiet elettorali ewlenin tiegħu huwa li l-Ewropa tkompli tiftaħ il-bibien għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, sabiex ikunu fuq livell ta’ żgħażagħ oħra sabiex jilħqu l-ħolm tagħhom.
Barra minn hekk, Bajada żied jgħid li l-gżira tat-tliet għoljiet għandha tkun aktar ’il quddiem fuq l-aġenda tal-Ewropa.
THOMAS BAJADA
MEMBRU PARLAMENTARI EWROPEW LABURISTA
“Nixtieq nara Ewropa li taħdem sabiex tilħaq l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Nixtieq li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin tagħna jkunu jistgħu joħolmu, u jiksbu l-ħolm tagħhom. Barra minn hekk nixtieq nara li l-gżira Għawdxija jkollha progress ekonomiku, li huwa sostenibbli u li jħares dak kollu li jagħmel Għawdex dak li hu.”

Пікірлер
Adrian Delia jġib fix-xejn l-argumenti ta' Muscat
3:50
NETnews
Рет қаралды 6 М.
POV: Your kids ask to play the claw machine
00:20
Hungry FAM
Рет қаралды 13 МЛН
So Cute 🥰
00:17
dednahype
Рет қаралды 47 МЛН
Il-Partit Laburista jattakka liż-żgħażagħ
2:37
NETnews
Рет қаралды 10 М.
Lovin Malta Meets Bernard Grech
1:22:05
Lovin Malta
Рет қаралды 3,6 М.
‘Horribly pandering’: Douglas Murray slams Kamala Harris’ new accent
14:24
Il-Partit Laburista jniedi "Pjan ghal Bidu Gdid" izda ...
3:02
POV: Your kids ask to play the claw machine
00:20
Hungry FAM
Рет қаралды 13 МЛН