GRECH B’EKONOMIJA BĦAL QABEL L-2013

  Рет қаралды 163

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT •Fl-intervista li ta bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza, Bernard Grech qal li, meta l-Partit Nazzjonalista jkun fil-Gvern, se jinvesti f’ekonomija bl-istess mudell kif mexxew Gvernijiet preċedenti Nazzjonalisti qabel l-2013.
Dan anke jekk hu magħruf sew kif, fl-aħħar leġiżlatura tiegħu, il-Partit Nazzjonalista kien prattikament ipparalizza l-ekonomija nazzjonali.
U b’togħma ta’ dak li wieħed jista’ jistenna minn amministrazzjoni Nazzjonalista, Grech iddefenda anke n-nepotiżmu ta’ Roberta Metsola.
KITBA: RUSLANA BARBARA
FILMATI: ALEX BORG / ARKIVJI
F’intervista ta’ siegħa fejn ma setax imeri s-suċċess tal-ekonomija, li għaddej minnu pajjiżna llum, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech xorta spiċċa jirreferi għall-passat ta’ qabel l-2013.
Waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalist tat-Times, Mark Laurence Zammit, bħala parti mill-attivitajiet tal-Indipendenza, inqabad diversi drabi konfuż ma jafx kif jista’ jmeri s-sewwa magħruf, mhux l-inqas dwar l-akbar tkabbir ekonomiku li qed tirreġistra Malta u riżultati oħrajn bla preċedent.
Hu qal li, meta jkun fil-Gvern, se jinvesti kif kien isir qabel, b’referenza għall-aħħar Gvernijiet Nazzjonalisti, li baqgħu magħrufin għal kif staġnaw pajjiż, waqt li l-investimenti kienu ftit li xejn, il-qgħad sploda għal tmint elef ruħ u l-familji tgħabbew bil-piżijiet esaġerati tal-ineffiċjenza governattiva.
BERNARD GRECH
KAP TAL-OPPOŻIZZJONI
“L-ekonomija tal-pajjiż, bħalma konna diġà nagħmlu, nibqgħu ninvestu fiha.”
Fl-istess ħin, Grech ukoll ipprova jagħti stampa qarrieqa meta qal li l-Gvern Laburista qed jixxaħħaħ mal-għalliema u l-infermieri, żewġ oqsma tas-Settur Pubbliku li għadhom kemm gawdew mill-aħjar żidiet u kundizzjonijiet fil-ftehimiet kollettivi li ġew iffirmati mar-rappreżentanti trejdunjonistiċi rispettivi tagħhom.
BERNARD GRECH
KAP TAL-OPPOŻIZZJONI
“Imma għaliex dan il-Gvern imbagħad, jixxaħħaħ mal-għalliema, man-nurses?”
Dan waqt li saru u għadhom isiru wkoll investimenti multi-miljunarji kemm fl-istruttura u anke fl-għodda fl-istess setturi.
Minbarra dan, kienu esponenti tal-istess Oppożizzjoni Nazzjonalista li ħarġu jżebilħu x-xogħol kruċjali li jsir mill-ħaddiema tas-saħħa fil-każ sfortunat ta’ Stephen Mangion, li miet fl-Emerġenza x-xahar li għadda, biex imbagħad ġew ikkundannati mill-inkjesta maġisterjali li ma sabet l-ebda nitfa ħtija fuq xi ħaddiem konċernat.
Fit-tweġibiet tiegħu, iżda, l-aktar li ġietu faċli għall-Kap tal-Oppożizzjoni kienet ir-retorika li tiegħu hu biss tajjeb u ta’ ħaddieħor kollox ħażin.
Mistoqsi dwar il-ħatra kontroversjali minn Roberta Metsola tar-raġel t’oħtha, Matthew Tabone, bħala Kap tal-Kabinett tagħha b’salarju ta’ għoxrin elf ewro fix-xahar, Grech irreaġixxa billi qal li n-nies jintagħżlu għax kapaċi, mhux għax jiġu minn xi ħadd.
BERNARD GRECH
KAP TAL-OPPOŻIZZJONI
“Aħna ma nagħżlux in-nies għax jiġu minna, aħna nagħżlu lin-nies għax huma kapaċi.
Eżempju ieħor tad-double standards tal-Partit Nazzjonalista, anke jekk sa ftit ilu ilmenta li nisa u partners ta’ Ministri għandhom impjieg mal-Gvern, anke jekk huma professjonisti u iżjed minn kwalifikati biex jagħmlu x-xogħol li għandhom, kif sab il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Dawn id-dikjarazzjonijiet ma kinux l-uniċi li spikkaw f’sittin minuta intervista li kellu nhar il-Ħamis il-Kap Nazzjonalista.
Iżda, kif diġà rrapportat minn ONE News, inqabad iħawwad meta qal li jrid idaħħal Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti, anke jekk ilha tmin snin attiva u għal nofs dan iż-żmien ilu jiksirha sfaċċatament, waqt li ma kienx jaf li jeżisti Ministru għall-Isport, fost l-oħrajn.

Пікірлер
IMFAKKRA S-60 SENA MILL-INDIPENDENZA
3:49
ONE News Malta
Рет қаралды 164
IL-PN DWAR L-INSIB LOKALI MAŻ-ŻMIEN
2:59
ONE News Malta
Рет қаралды 840
大家都拉出了什么#小丑 #shorts
00:35
好人小丑
Рет қаралды 96 МЛН
А ВЫ ЛЮБИТЕ ШКОЛУ?? #shorts
00:20
Паша Осадчий
Рет қаралды 8 МЛН
АЗАРТНИК 4 |СЕЗОН 2 Серия
31:45
Inter Production
Рет қаралды 1,1 МЛН
UK Property Just Changed FOREVER
11:28
Property Hub
Рет қаралды 464 М.
DISKORS TA’ BERNARD GRECH ANKRAT FIL-PASSAT
1:46
ONE News Malta
Рет қаралды 145
IL-FILM MALTI ‘CASTILLO’ FIĊ-ĊINEMA
4:13
ONE News Malta
Рет қаралды 51
Piers Morgan debates UK leader of Islamic Extremist group Hizb ut-Tahrir
19:38
Sky News Australia
Рет қаралды 1,3 МЛН
River STUBBAR med HUGGARVAGN! Huggarköjja på G!
36:01
Prangs Rundtimmer
Рет қаралды 848
Xarabank - Candid Camera Corazon (ESC2014)
4:05
WeMedia TV
Рет қаралды 99 М.
IL-PM IĦABBAR MILL-ĠDID IL-QORTI KUMMERĊJALI
2:19
ONE News Malta
Рет қаралды 314
大家都拉出了什么#小丑 #shorts
00:35
好人小丑
Рет қаралды 96 МЛН