Рет қаралды 120,568
IL-MADONNA TAD-DULURI - pittura ta' Ġiuseppe Cali
L-Inkwadru Titulari fil-PARROĊĊA MARIJA ADDOLORATA. SAN PAWL IL-BAĦAR, MALTA
OUR LADY OF SORROWS CHAPLET
===========================
Il-Kurunella lill-Madonna tad-Duluri
Qalb imnikkta ta' Marija
F'riġlejk aħna mixħutin
Qalbna niedma u sogħbiena
Għaliex aħna midinbin. Ave
Omm tal-ħniena kemm duluri
Int ġarrabt m'Ibnek Ġesὺ
Minn twelidu sal-mewt tiegħu,
Għaliex b'Ommu riedek Hu ! Ave
Omm sabiħa, kollok safja
Int għoġobt 'l Alla ħanin
Minn ħtijietna nitolbuk
Eħles lilna mnikktin. Ave
Bi dnubietna aħna regħexna
Lil Ġesù Teżor ta' Qalbek;
Fis ħbieb miegħu int erġa' agħmilna
Dana tista' tagħmlu b'talbek. Ave
Biex jifdina minn dnubietna
Ġesù miet fl-akbar ħruxija,
U għax miegħu int ridt tissieħeb
Bid-Dulur qalbek mimlija. Ave
Tad-dnub tagħna aqlgħalna ndiema
Minn kull ħażen int eħlisna,
Għax irridu tul ħajjitna
li d-Demm t'ibnek iqaddisna. Ave
Bit-tgħakkis u bl-opri tajba
Nipproponu li nfarrġuk
id-dmugħ tiegħek nixxuttawlek
Biex għal dejjem ġieħ nagħtuk. Ave
NITOLBU
O Alla, li fil-Passjoni tiegħek, kif kien ħabbar Xmun
il-Profeta, is-sejf tad-Duluri nifed il-Qalb l-iżjed
ħelwa tal-glorjuża Verġni Marija Ommok; agħmel
nitolbuk, li aħna, li qegħdin inqimu n-niket tagħha,
ikollna sehem mill-frott hieni tal-Passjoni tiegħek.
Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta' dejjem. Ammen.
Patri Feliċ Sammut OFMConv.
------------------------------------------
.