No video

IL-LIĠI TAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ TIDĦOL FIS-SEĦĦ

  Рет қаралды 251

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT • It-Tnejn, fil-Parlament Malti, għaddiet b’mod unanimu l-Liġi dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, li tressqet mill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard. Din il-liġi se tinkludi, fost l-oħrajn, aktar inforzar, permezz ta’ pieni aktar ħorox, biex jiġu salvagwardjati aħjar id-drittijiet tal-ħaddiema.
B’rabta ma’ dan, permezz ta’ post fuq il-pjattaforma soċjali X, il-Prim Ministru Robert Abela qal li din il-liġi se żżid aktar protezzjoni fuq il-ħaddiema, hekk kif kull ħaddiem jistħoqqlu li jiġi ttrattat b’dinjità.
Din il-liġi se toħloq sistema sigura ta’ saħħa u sigurtà fuq il-postijiet kollha tax-xogħol, mhux l-inqas dawk li jippreżentaw l-akbar riskji.
Il-liġi l-ġdida se tagħti aktar saħħa lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, waqt li se tintroduċi multi aktar ħorox għal min ma jimxix mar-regoli stabbiliti.
Din il-liġi se taħdem b’tali mod li min jinstab ħati fl-ewwel nuqqas se jkun espost għal multa li tvarja bejn elf u ħames mitt ewro u massimu ta’ ħamsin elf ewro, iżda, f’każi serji, hemm massimu ta’ sentejn priġunerija. Min isir riċediv u jinstab ħati darb’oħra fil-Qorti, il-minimu tal-multa jitla’ għal għoxrin elf ewro u l-piena ta’ priġunerija titla’ sa massimu ta’ erba’ snin.
Se jinħoloq ukoll tribunal b’ġurisdizzjoni f’dan il-qasam bil-ħsieb li jkun hemm sistema ġusta u li ma tħares lejn wiċċ ħadd.
Sadanittant, aktar kmieni, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija qalet, fi stqarrija, li hi ripetutament sostniet fuq l-importanza li tingħata l-attenzjoni urġenti lis-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol biex jiġu evitati aċċidenti u mwiet.
Il-Kamra qalet li tilqa’ l-abbozz, li issa ġie approvat, u li biha l-awtoritajiet se jkollhom is-setgħa u d-dritt li jordnaw li jinħatar Health & Safety Reporting Officer b’rabta man-natura tax-xogħol, skont il-bżonn.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li l-pass li jmiss hu li jiddaħħal inforzar proattiv, li jinkludi wkoll il-bdil ta’ informazzjoni pertinenti bejn id-dipartimenti tal-gvern, l-entitajiet, l-aġenziji u l-awtoritajiet biex ma jkunx hemm tkaxkir tas-saqajn.

Пікірлер
L-ISTORJA TAL-IMWIEŻEN TA’ DARI U LLUM
5:23
ONE News Malta
Рет қаралды 1,6 М.
TGĦAJJIR OXXEN BEJN EKS KOLLEGI FIL-PN
2:41
ONE News Malta
Рет қаралды 1,8 М.
КТО ЛЮБИТ ГРИБЫ?? #shorts
00:24
Паша Осадчий
Рет қаралды 1,9 МЛН
Meet the one boy from the Ronaldo edit in India
00:30
Younes Zarou
Рет қаралды 17 МЛН
Little brothers couldn't stay calm when they noticed a bin lorry #shorts
00:32
Fabiosa Best Lifehacks
Рет қаралды 19 МЛН
JIDDAĦĦLU RESTRIZZJONIJIET FUQ IL-LIKWIDI FIL-HAND LUGGAGES
1:57
L-AWTORITAJIET JISSOKTAW BL-ISPEZZJONIJIET
1:17
ONE News Malta
Рет қаралды 301
Israel launches attacks on Lebanon, warns of Hezbollah response
16:08
Al Jazeera English
Рет қаралды 324 М.
X'Sar Minnhom - l-Iskola Abram Gatt
12:06
TVM
Рет қаралды 2,8 М.
TITTIEĦED AZZJONI B’RABTA MAL-IMWEJJED U S-SIĠĠIJIET
1:19
ONE News Malta
Рет қаралды 916
MAĦRUĠA ŻEWĠ MUNITI BIĊ-ĊITTADELLA FUQHOM
1:22
ONE News Malta
Рет қаралды 24
IŻ-ŻEWĠ ŻGĦAŻAGĦ KAĊĊATURI LI NQATLU B’SAJJETTA
2:27
ONE News Malta
Рет қаралды 7 М.
КТО ЛЮБИТ ГРИБЫ?? #shorts
00:24
Паша Осадчий
Рет қаралды 1,9 МЛН