No video

IL-PM JĦABBAR ĦIDMA FAVUR AKTAR RIFORMI F’PAJJIŻNA

  Рет қаралды 448

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT •
U fl-istess intervista, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar u spjega numru ta’ riformi li saru u qed isiru f’pajjiżna.
Fosthom semma kif bħalissa għaddejjin taħdidiet intensivi biex titjieb l-effiċjenza tas-sistema tal-BCRS favur aktar riċiklaġġ, flimkien mal-bżonn li jkun hawn aktar camp sites f’pajjiżna għal dawk bid-delizzju tal-camping.
IL-PM JĦABBAR ĦIDMA FAVUR AKTAR RIFORMI F’PAJJIŻNA
“Hekk kif il-pajjiż mexa ’il quddiem nemmen li rridu ntellgħu l-istandards ’il fuq.”
Hekk sostna l-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qed iwieġeb numru ta’ mistoqsijiet tal-pubbliku ġewwa l-uffiċini tal-Malta Daily.
Fil-fatt, Dr Abela ddikjara dan hekk kif ġie mistoqsi dwar il-bżonn li ħaddiema barranin f’pajjiżna jkunu jafu jitkellmu bil-Malti.
Hawn il-Prim Ministru sostna kif fil-fatt, tlesta l-ewwel kors tal-Malti għall-ħaddiema barranin li jaħdmu fl-Isptar San Vinċenz de Paul.
ROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
“Għandek l-ewwel kors li diġà ntemm u allura għandek ħaddiema barranin li iva għandhom għarfien tal-lingwa Maltija. Ngħaqqad dan umbagħad biex nimxi għal settur ieħor li huwa dak tal-ospitalità tagħna, li jmiss mas-settur tat-turiżmu wkoll. Hemmhekk ukoll introduċejna l-iskills pass.”
Dr Abela indirizza wkoll ir-riforma tal-BCRS fejn filwaqt li sostna l-importanza tagħha, irrikonoxxa l-bżonn li din tkompli titjieb.
ROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
“Li nista’ ngħid bħalissa għaddejjin f’diskussjonijiet intensivi ma’ min imexxi l-iskema tal-BCRS biex filwaqt li nżommu l-benefiċċji b’saħħithom li toffri din is-sistema, fl-istess waqt umbagħad is-sistema trid tiġi aktar effiċċjenti u nirrikonoxxi iva li s-sistema trid taħdem b’mod iktar effiċjenti. Nafu x’inhuma l-ineffiċjenzi fis-sistema, smajna mingħand ħafna u ħafna nies li tkellmu magħna u nemmen li s-soluzzjonijiet hemmhekk jistgħu jinstabu. Jinstabu wkoll fi żmien li jkun wieħed relattivament qarib.”
Madankollu l-Prim Ministru spjega kif grazzi għall-isforzi tal-poplu li tmur id f’id mal-ħidma tal-Gvern fl-aħħar xhur, l-iskart imħallat naqas bi tletin fil-mija.
Riforma oħra kuraġġjuża li ndirizza Dr Abela kienet dik dwar l-introduzzjoni tal-Ewtansja, li fil-manifest tal-Partit Laburista hemm wegħda ċara favur id-diskussjoni tagħha.
ROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
“Hemm wegħda ċara li dan huwa suġġett li rridu niddiskutuh u nemmen ukoll li f’din it-tieni parti tal-leġislatura din id-diskussjoni trid issir b’mod strutturat fejn primarjament inħallu lis-soċjetà ċivili tmexxi ’l quddiem dik id-diskussjoni. Ma nemminx li għandha tkun tema ddominata mill-politiċi għaliex wisq nibża’ li tiġi polarizzata jew politiċizzata u titlef mill-importanza tal-kontenut tagħha.”
Dr Abela sostna wkoll kif jikkumplimenta din id-diskussjoni, il-Gvern investa bil-kbir fil-kura paljattiva flimkien ma’ Hospice Malta.
Intant il-Prim Ministru sostna l-importanza ta’ riformi favur id-dilezzji tal-Maltin u l-Għawdxin fosthom dak tal-camping. Hawn il-Prim Ministru aċċenna għall-avviż legali li ġie ppreżentat fil-Parlament ftit tal-jiem ilu li permezz tiegħu persuni li għandhom karavan jew camper iridu jipprovdu notifika sempliċi lill-Kunsill Lokali konċernat dwar fejn dan se jkun qed jitpoġġa fuq ħlas ta’ miżata żgħira. Kartanzjan se jkunu qed iħallsu biss 50 ċentenżmu kuljum.
Madankollu l-Prim Ministru ma waqafx hawn.
ROBERT ABELA
PRIM MINISTRU
"Nemmen ukoll li f’pajjiżna rridu noħolqu dak il-camp sites ġodda b’żieda ma’ dawk tal-Mellieħa u dak tan-Naxxar, nagħtu l-faċilitajiet, ilma, sanitarji biex dak li jkun, ikun jista’ jgawdi dan id-delizzju b’dan l-aqwa mod u nemmen ukoll li dan huwa wkoll il-mod korrett ta’ kif għandhom isiru l-affarijiet f’dan il-pajjiż.”

Пікірлер
L-ISTORJA TAL-IMWIEŻEN TA’ DARI U LLUM
5:23
ONE News Malta
Рет қаралды 1,6 М.
Fortunately, Ultraman protects me  #shorts #ultraman #ultramantiga #liveaction
00:10
Israel launches attacks on Lebanon, warns of Hezbollah response
16:08
Al Jazeera English
Рет қаралды 323 М.
L-AWTORITAJIET JISSOKTAW BL-ISPEZZJONIJIET
1:17
ONE News Malta
Рет қаралды 291
JIDDAĦĦLU RESTRIZZJONIJIET FUQ IL-LIKWIDI FIL-HAND LUGGAGES
1:57
TGĦAJJIR OXXEN BEJN EKS KOLLEGI FIL-PN
2:41
ONE News Malta
Рет қаралды 1,8 М.
IĊĊARATI L-FATTI QUDDIEM IL-POPULIŻMU TAL-PN
2:42
ONE News Malta
Рет қаралды 892
Fortunately, Ultraman protects me  #shorts #ultraman #ultramantiga #liveaction
00:10