L-UFFIĊJALI TAL-FORENSIKA JASSISTU F’1,090 KAŻ

  Рет қаралды 786

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT • Il-ġimgħa d-dieħla jiġi ċċelebrat Jum il-Pulizija.
F’din l-okkażjoni ħejjejna xandira speċjali li se tixxandar fuq ONE nhar il-Ġimgħa fid-disgħa ta’ filgħaxija, wara li qattajna ‘Jum mal-Pulizija’ li fih żorna diversi taqsimiet.
Waħda minnhom hija l-Laboratorju tax-Xjenza Forensika, u fl-ewwel servizz għal-lum se nifhmu l-ħidma li ssir f’din it-Taqsima.
KITBA: TRISCHIA FALZON
FILMAT: CHRIS BORG
Din is-sena sa issa, il-Laboratorju tax-Xjenza Forensika tal-Pulizija ġie mitlub jassisti fuq aktar minn elf u disgħin każ.
Ftit qabel jiġi ċċelebrat il-jum li jfakkar u jirrikonoxxi l-ħidma tal-uffiċjali tal-Pulizija f’pajjiżna, żorna dan il-Laboratorju, li jinsab fil-binja tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Hemmhekk stajna nosservaw mill-qrib il-ħidma ta’ dawn l-uffiċjali, li ħafna drabi, wieħed jarahom fuq xi xena ta’ reat jew inċident, josservaw id-dettalji u jiġbru l-evidenza minn fuq il-post.
Fl-uffiċini varji ta’ din it-Taqsima, fosthom tad-DNA, tal-istampar tar-ritratti, u tal-ballistika, stajna ninnotaw l-apparat mill-aktar modern li jaħdmu bih, fosthom drones u scanners li jaħdmu bil-laser, li jaqbdu l-iċken dettalji.
Quddiem waħda mill-karozzi elettriċi l-ġodda li għadha kemm ingħaqdet mal-flotta ta’ din it-Taqsima, l-Ispettur Charlot Casha spjegalna li l-ħidma maġġuri li ssir mill-uffiċjali tal-Forensika, hija dik ta’ assistenza xjentifika fuq xeni ta’ reati.
CHARLOT CASHA
SPETTUR
“L-ewwel ħaġa li nagħmlu hija li nirreġistraw u niddokumentaw ix-xena għaliex dik ix-xena, ġaladarba tiġi proċessata jew jidħlu n-nies fiha, ħa tkun qed tinbidel jew jiżdiedu iktar traċċi li aħna nkunu qed infittxu. Allura l-ewwel ħaġa li nagħmlu hija li nirrekordjawha, permezz ta’ notamenti, ritratti, filmati, u llum il-ġurnata anki nipproċessaw ix-xena sabiex noħorġu 3D image tagħha.”
Il-proċessi li jsegwu huma l-eżamijiet forensiċi fil-laboratorji, f’oqsma bħal dawk diġitali u tat-traċċi tad-DNA.
CHARLOT CASHA
SPETTUR
“Kull oġġett li jista’ jagħti profil ġenetiku ta’ DNA, jista’ jkollok ħġieġ, żebgħa, dmija, fejn hemm eżamijiet speċifiċi fuq dmija - dak li jgħidulu blood pattern analysis biex aħna naraw permezz tal-patterns tad-dmija x’jista’ jkun ġara, biex nagħmlu dik li ngħidulha, ir-reconstruction tax-xena.”
Wieħed mil-laboratorji li jinsabu f’din it-Taqsima, huwa l-Ballistics Unit, li jeżamina u jaħdem fuq każi li jinvolvu armi tan-nar.
CHARLOT CASHA
SPETTUR
“Meta tiġi sparata arma tan-nar, għandek l-arma fiha nnifisha, x’ġara wara, il-bullet jew l-ammunition li nħareġ mill-arma, fejn spiċċat, kif spiċċat, x’veloċità, direzzjoni, it-target x’kien.”
Fil-fatt biex isiru t-testijiet f’dan ir-rigward, hemm anki tank kbir tal-ilma apposta, imsejjaħ Firearms Test Firing Water Tank, fejn jistgħu jiġu sparati l-armi biex isiru l-investigazzjonijiet neċessarji fuqhom.
CHARLOT CASHA
SPETTUR
“Dawn l-ispeċjalisti li jaħdmu f’din il-unit jagħmlu l-analiżi tagħhom f’dan ir-rigward, kemm fuq l-arma, kif ukoll x’ġara waqt dak l-inċident.”

Пікірлер
How the Most Elite Spy Agency Operates
22:42
Newsthink
Рет қаралды 1,6 МЛН
JARAW TNAQQIS TA’ 70% FIL-QTUGĦ TAŻ-ŻEBBUĠ
2:56
ONE News Malta
Рет қаралды 362
The selfish The Joker was taught a lesson by Officer Rabbit. #funny #supersiblings
00:12
🍉😋 #shorts
00:24
Денис Кукояка
Рет қаралды 3,8 МЛН
HEZBOLLAH INC. A Global Drug Trafficking Empire? // Documentary (Part I)
59:11
Java Discover | Free Global Documentaries & Clips
Рет қаралды 427 М.
Funny Moments You Missed From the G7 Summit in Italy
4:34
On Demand News
Рет қаралды 1,6 МЛН
Joe Demicoli & Axl
3:24
Joe Demicoli
Рет қаралды 368 М.
UK Property Just Changed FOREVER
11:28
Property Hub
Рет қаралды 672 М.
Pawla Ta' Liquorish (Mumenti Helwin) 2015
8:22
DivertmentMalti
Рет қаралды 53 М.
The selfish The Joker was taught a lesson by Officer Rabbit. #funny #supersiblings
00:12