QORMI JAMMETTI LI SAQ GĦAL ĠO RESIDENZA

  Рет қаралды 2,742

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT • Il-Ġimgħa waranofshinar tressaq il-Qorti Michael Camilleri minn Ħal Qormi, magħruf bħala “Tal-Bżar”, b’rabta mal-każ tal-isparatura fil-Magħtab, li seħħet l-Erbgħa bil-lejl.
KITBA: ONE NEWS
FILMATI: TOM / ARKIVJI
Michael Camilleri ta’ 41 sena minn Ħal Qormi, magħruf bħala “Tal-Bżar”, ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li, fil-Qorti, ammetta li saq il-vettura tiegħu f’residenza ta’ ħaddieħor u kkaġuna ħsara volontarja lil terzi fin-Naxxar.
Quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech, il-Prosekuzzjoni spjegat li, minn investigazzjonijiet preliminari, irriżulta li r-raġel allegatament saq il-karozza tal-għamla Mercedes fi grada ta’ residenza fi Triq Santa Klara, fin-Naxxar, nhar l-Erbgħa bil-lejl.
F’dak il-ħin, fir-residenza kien hemm żewġt irġiel u tliet nisa.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha minħabba li, fl-istess inċident dakinhar, ġew anke sparati diversi tiri.
Madankollu, l-Ispettur Joseph Mallia kkonferma li t-tiri ma kinux sparati minn Camilleri.
L-allegati vittmi huma Keith u Joseph Bezzina, li qalu li kien proprju l-akkużat li daħal fil-proprjetà tagħhom.
Kien l-istess Michael Camilleri li ta ruħu b’idejh lill-Pulizija fl-Għassa ta’ Ħal Qormi, waqt li wkoll ikkopera mal-uffiċjali tant li ħadhom fuq il-post fejn kien qiegħed iżomm il-vettura.
Fil-Qorti, l-Ispettur Mallia qal li l-karozza kellha diversi ħsarat, bil-bonnet tal-karozza mimli tiri ta’ arma tan-nar.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Jean Paul Grech, sabet lil Camilleri ħati u kkundannatu sena ħabs sospiżi għal tliet snin. Hu ġie mmultat ukoll tlett elef ewro u anke ġie ordnat iħallas il-ħsarat lill-allegati vittmi, fi żmien sitt xhur, filwaqt li anke skwalifikatlu l-liċenzja tas-sewqan għal perjodu ta’ tliet xhur.
IMMULTAT U TITTEĦIDLU L-LIĊENZJA TAL-KAĊĊA
Christopher Mercieca ta’ 40 sena residenti Santa Venera weħel multa ta’ €5,000 u sospensjoni tal-liċenzja tal-kaċċa għal għomru wara li nstab ħati li qatel ajkla f’Binġemma.
Il-pulizija arrestat lil Mercieca t-Tlieta li għadda, iżda kien rilaxxat minħabba l-fatt li ma kellhomx biżzejjed evidenza, iżda reġgħu arrestawh jumejn wara, hekk kif irċievew filmat minn xhud li kien fuq il-post dakinhar li juri eżatt x’għamel.
Quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech, li sema’ l-każ, Mercieca ammetta ħtijietu wara li kkonsulta mal-Avukat tiegħu Edward Gatt.
Minbarra hekk instab li Mercieca kellu fil-pussess tiegħu għasafar ħajjin u anke mejtin, li huma protetti bil-liġi.
Għaldaqstant il-Qorti sabitu ħati u mmultatu €5,000, filwaqt li ordnat is-sospensjoni għal għomru tal-liċenzja tal-kaċċa li kellu.

Пікірлер
It-traġedja tal-vapur Um El Faroud.
2:35
ONE News Malta
Рет қаралды 17 М.
Which One Is The Best - From Small To Giant #katebrush #shorts
00:17
How Strong is Tin Foil? 💪
00:26
Preston
Рет қаралды 122 МЛН
The Qormi priest beheaded during the 1565 Great Siege of Malta
5:50
Infrastructure Malta
Рет қаралды 2,3 М.
עדכון דובר צה"ל - 28.09
7:10
עדכוני צה"ל
Рет қаралды 71 М.
DAQT TITLESTA R-ROTTA EWLENIJA BEJN ĦAL QORMI U ĦAL LUQA
2:41
ONE News Malta
Рет қаралды 2,5 М.
ĦAL QORMI JSELLEM LIS-SINDKU MAĦBUB
2:23
ONE News Malta
Рет қаралды 6 М.
25 SENA ILU XXANDAR SIMPATIĊI FUQ ONE GĦALL-EWWEL DARBA
4:06
ONE News Malta
Рет қаралды 479
What The Rebbe Told Bibi Netanyahu About A War In Lebanon
13:46
JEM - The Lubavitcher Rebbe
Рет қаралды 127 М.
Nirien ħakmu dar f’Ħal Qormi.
2:08
ONE News Malta
Рет қаралды 2,3 М.
IR-RADDIENA TAS-SFAFAR FIS-SIĠĠIEWI LI SE DDOQQ GĦAL SITT MINUTI
3:16