TRIQ PRINĊIPALI FIŻ-ŻURRIEQ B’ARMAR MODERN

  Рет қаралды 1,247

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT • Ġie inawgurat proġett ambizzjuż mill-Karmelitani Żrieraq, dak ta’ 11-il pavaljun tad-dawl li se jkunu qed isebbħu Vjal il-Blue Grotto, fiż-Żurrieq, fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu dan ix-xahar.
Tkellimna mal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria fejn spjegawna l-ħidma li saret tul din is-sena li għaddiet.
KITBA: ANDREW SPITERI
FILMAT: DORIAN BORG
Fir-raħal pittoresk taż-Żurrieq, issa li beda x-xahar ta’ Lulju, nibdew naraw dan ir-raħal jarma l-libsa tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu, b’karatteristika tradizzjonali mill-isbaħ b’ammont kbir ta’ arbli u faċċati mixgħulin blu.
Din is-sena, ma’ dawn, se jkunu qed jiżdiedu 11-il pavaljun tad-dawl li se jkunu qed isebbħu Vjal il-Blue Grotto, it-triq ewlenija li kull min se jgħaddi minnha se jkun jista’ jitpaxxa b’dawn l-opri artistiċi.
Dan il-proġett ambizzjuż, li daħlu għalih il-Karmelitani Żrieraq, hu frott il-ħidma li tkun qed issir mill-partitarji voluntieri u l-membri tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria.
Tkellimna mal-President tal-għaqda li qalilna li, għall-festa ta’ din is-sena, kienet għaddejja ħidma kbira li tinvolvi ħafna persuni.
ANTHONY BORG
PRESIDENT, GĦAQDA KARMELITANA BANDA QUEEN VICTORIA
“Ħa tkun bejn l-14 ta’ Lulju u l-21 ta’ Lulju din is-sena. Il-membri tagħna, il-partitarji u dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-festi tradizzjonali Maltin jaraw il-festa tagħna bħala festa kbira u jippretendu li tkun festa kbira, imma dan ma jsirx mix-xejn. Dan aħna hemm ammont sostanzjali ta’ voluntieri li jaħdmu tul is-sena kollha għal din il-festa.”
Dwar il-proġett il-ġdid, tkellimna ma’ Emanuel Cassar, membru tas-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani, fejn spjegalna li Vjal il-Blue Grotto, li ilha tintrama mill-1996, se jinbidel is-sett ta’ liedni għal dawn il-pavaljuni tad-dawl.
EMANUEL CASSAR
MEMBRU SEZZJONI ŻGĦAŻAGĦ KARMELITANI
“Sentejn ilu ddeċidejna li nimmodernizzaw ftit din it-triq u nagħtuha xejra differenti. Iddeċidejna li nagħmlu dawn il-pavaljuni tad-dawl. Ġie avviċinat id-disinjatur Carmel Cassar, għamlilna d-disinn, dan li hawn u għamilna, u minn hemmhekk bdejna l-proċess biex nagħmlu l-ewwel wieħed. Iżżanżan l-ewwel pavaljun is-sena l-oħra fil-pjazza, mis-sena l-oħra ’l hawn bdejna b’ħidma biex nagħmlu l-għaxra l-oħra.”
Cassar semma kif din il-ħidma kienet tikkonsisti fix-xiri u t-tgħawwiġ tal-ħadid, ingħaqad u ġie wweldjat flimkien u, imbagħad, bdiet il-ħidma fuq id-disinn. Waqt dan kollu, kienet qed issir ħidma kbira wkoll fuq il-bozoz, fejn kif ingħaqad kollox, ingħaddew il-wajers kollha.
Fatt sabiħ hu li dawn il-pavaljuni juru 11-il arma bil-litanija tal-Madonna, waħda għal kull pavaljun, fejn fl-aħħar qed jidher ir-riżultat finali li mistenni jkompli jżid l-atmosfera għall-Festa tal-Karmnu din is-sena.

Пікірлер: 4
@catherinexuereb335
@catherinexuereb335 3 ай бұрын
Imma sekondarji tibqow.
@Juvemalta
@Juvemalta 3 ай бұрын
X ugieh ta zaqq ghandek flokk tghid kemm gew sbieh. 🍋🍋🍋
@graziellagrech8121
@graziellagrech8121 3 ай бұрын
Proset hbieb
@beatricelundgren9096
@beatricelundgren9096 3 ай бұрын
Proset hafna u sbieh.
IX-XLUKKAJRI ĦADU R-RUĦ.
3:36
ONE News Malta
Рет қаралды 4,7 М.
IŻ-ŻEWĠ ŻGĦAŻAGĦ KAĊĊATURI LI NQATLU B’SAJJETTA
2:27
ONE News Malta
Рет қаралды 8 М.
Watermelon magic box! #shorts by Leisi Crazy
00:20
Leisi Crazy
Рет қаралды 79 МЛН
小路飞嫁祸姐姐搞破坏 #路飞#海贼王
00:45
路飞与唐舞桐
Рет қаралды 25 МЛН
IL-BEGIGGA TAL-BIRGU B’DIFFERENZA
1:40
ONE News Malta
Рет қаралды 2,1 М.
Tkompli l-kontroversja dwar il-festa taż-Żejtun
4:07
ONE News Malta
Рет қаралды 3,7 М.
How to win a argument
9:28
ajaxkmr (ajaxkmr1986)
Рет қаралды 586 М.
Feature Mount Carmel Fireworks Factory | Festa Madonna tal-Karmnu Żurrieq 2024
10:35
Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq
Рет қаралды 3,7 М.
Chris Bonett lays out ideas on how to ease traffic
38:10
Times of Malta
Рет қаралды 2,1 М.
5-Year-Old Chrisyius Whitehead Is A Drumming SAVANT! | Auditions | AGT 2024
6:35
America's Got Talent
Рет қаралды 10 МЛН
Pellegrinaġġ fl-okkażjoni tal-200 sena mill-wasla tal-istatwa ta' San Ġużepp fiż-Żurrieq | 1824-2024
56:01
Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq
Рет қаралды 416
Marċ ta' Filgħodu | 23 ta' Lulju 2023 | Festa Madonna tal-Karmnu Żurrieq
5:06
Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq
Рет қаралды 7 М.
Watermelon magic box! #shorts by Leisi Crazy
00:20
Leisi Crazy
Рет қаралды 79 МЛН