IKOMPLI L-KAŻ DWAR L-INKJESTA VELLA

  Рет қаралды 748

ONE News Malta

ONE News Malta

5 күн бұрын

ONE.COM.MT • Se ngħaddu issa biex insegwu ġabra ta’ aħbarijiet mill-awli tal-Qorti.
KITBA: NOLAN CAMILLERI
FILMAT: ARKIVJI
Illum issoktat il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ numru persuni u kumpaniji b’rabta mal-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella. Fil-fatt, quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana xehdu diversi spetturi li kienu involuti fl-investigazzjonijiet u r-reġistratur tal-Qorti.
Fost l-oħrajn, xehed l-ispettur Wayne Rodney Borg, li assista fl-investigazzjonijiet tal-Maġistrat u fit-tfitxxija li saret għand Steward Healthcare. Hu kkonferma li wara li l-Pulizija rċevew ir-rapporti tal-Awditur Ġenerali ttieħdet id-deċiżjoni li l-Korp ma ħassx il-bżonn li jinvestiga.
L-Ispettur Ryan Stivala u l-eks Spettur Anthony Scerri wkoll xehdu dwar it-tfittxijiet li assistew għalihom f’postijiet differenti, b’dan tal-aħħar intalab jirreferi għal lista ta’ persuni t’interess, iżda twaqqaf wara talba tal-Prosekuzzjoni fid-dawl li l-lista kienet ta’ noti personali.
Ir-Reġistratur tal-Qorti, Franklin Calleja, li ntalab jikkonferma min kienu l-esperti tal-Qorti, qal li ma rax dokumenti li jindikaw kif ġew mqabbdin tali sperti.
Il-każ ġie aġġornat għat-tnejn ta’ Lulju li ġej.
MILQUGĦA TALBA TA’ SCHEMBRI U MIZZI
L-imħallef Edwina Grima laqgħet it-talba tad-difiża għan-nom ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri b’rabta mal-ordni tal-iffriżar li ġiet imposta fuqhom.
B’hekk issa se tkun Qorti Kostituzzjonali li se tiddeċiedi dwar il-fatt li d-difiża kellha biss ġimgħa biex twieġeb għall-ordni tal-iffriżar, filwaqt li l-prosekuzzjoni ma kinitx kostretta b’dan il-mod.
L-Avukat Ġenerali pprotesta kontra t-talba oriġinali tad-difiża u b’hekk l-ordni ta’ ffriżar tħalliet fis-seħħ.
L-Imħallef stqarret li jrid jinstab bilanċ bejn id-drittijiet tal-imputati u l-fatt li wieħed għandu jassigura li l-qligħ minn attivitajiet illegali m’għandhomx jibqgħu jiġu użati.
14-IL SENA ĦABS WARA LI PPROVA JOQTOL LIL MARTU
Roddy Switon Williams ta’ 44 sena mis-Seychelles intbagħat erbatax-il sena ħabs wara li ammetta li pprova joqtol lil matru.
Il-każ imur lura għal Ottubru tal-2017 meta r-raġel qafel lil martu f’kamra taħt l-art fl-inħawi tal-Bajja tar-Rinella.
Il-vittma kienet għamlet erbat ijiem maqfula f’għar fil-Forti Rikażli wara li kien tefagħha fil-baħar f’argument li kien inqala’ bejniethom.
Waqt li kienet maqfula, hi ġiet stuprata minn żewġha, li kien vjolenti magħha u ħadilha l-mobile u l-flus.
Minbarra li ġie kkundannat sentenza ta’ priġunerija effettiva, hu ġie ordnat iħallas tnax-il elf ewro fi spejjeż tal-Qorti.

Пікірлер
L-IMNARJA, L-IMGĦODDI U LLUM, TIBQA’ MFITTXIJA KULL SENA
2:58
IL-FERITA LI TIBQÀ GĦAL DEJJEM.
4:34
ONE News Malta
Рет қаралды 15 М.
Дибала против вратаря Легенды
00:33
Mr. Oleynik
Рет қаралды 3,9 МЛН
Homemade Professional Spy Trick To Unlock A Phone 🔍
00:55
Crafty Champions
Рет қаралды 60 МЛН
버블티로 체감되는 요즘 물가
00:16
진영민yeongmin
Рет қаралды 89 МЛН
JAMMETTI U JEĦEL 15-IL SENA ĦABS FUQ IL-QTIL TA’ DCG
2:59
ONE News Malta
Рет қаралды 12 М.
AKKUŻAT B’BEJGĦ TA’ ZALZETT MINN LAĦAM TA’ KLIEB U QTATES
2:16
MUSCAT, MIZZI U SCHEMBRI TAĦT ATT TA’ AKKUŻA
3:01
ONE News Malta
Рет қаралды 952
ĠUVNI ARRESTAT WARA LI SAQ FUQ MUTUR TAL-PULIZIJA
2:37
ONE News Malta
Рет қаралды 21 М.
JOSEPH MUSCAT JIKKONTESTA L-ORDNI TA’ FFRIŻAR
1:34
ONE News Malta
Рет қаралды 3,2 М.
Episodju 153 ma' Anthony Abela Medici
2:55:41
Jon Mallia Podcast
Рет қаралды 3,3 М.
RUMENA ARRESTATA B’RABTA MA’ PICKPOCKETING
1:39
ONE News Malta
Рет қаралды 683
TIŻWIQA MUŻIKALI TAL-IMNARJA FIS-SAQQAJJA
2:59
ONE News Malta
Рет қаралды 347
Дибала против вратаря Легенды
00:33
Mr. Oleynik
Рет қаралды 3,9 МЛН