No video

IL-PM F’LAQGĦAT MAL-PM LIBJAN FI TRIPLI

  Рет қаралды 318

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT •
Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fil-kapitali Libjana, Tripli, fejn kellu laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru Libjan, Abdul Hamid Dbeibah.
Wara din il-laqgħa, Malta u l-Libja ffirmaw l-estensjoni ta’ ftehim li jiġġieled l-immigrazzjoni illegali għal tliet snin oħra. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru Abela sostna li l-immigrazzjoni hi parti minn diskussjoni ferm aktar profonda dwar relazzjonijiet strateġiċi importanti bejn l-Ewropa u pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq, bħal-Libja.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Nemmen ukoll li l-esperiment li twieled b’dak il-ftehim, li ttrasforma ruħu f’suċċess, fejn urejna li b’koperazzjoni bejn żewġ pajjiżi, anki jekk dakinhar tħallejna waħedna minn pajjiżi oħrajn, sibna u fittixna s-soluzzjonijiet. Imma mbagħad ukoll appellajna l-prinċipji bħal dawk tas-solidarjetà, bħal tal-għajnuna min-naħa tal-Unjoni Ewropea, suġġett li ma kienx qed jintmess dakinhar, imma li mbagħad qabad Kunsill wara Kunsill fuq l-aġenda u nemmen li dan jawgura tajjeb għall-koperazzjoni f’oqsma oħrajn.”
Dr Abela sostna li Malta tara fil-Libja sieħeb strateġiku mal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran f’oqsma importanti bħall-enerġija rinovabbli. Dan f’kuntest tal-politika mħaddna minn pajjiżna favur l-importanza tar-reġjun tal-Mediterran u li Malta għadha l-kredibbiltà biex timbotta sħubija strateġika bejn l-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq.
Malta wriet dan biċ-ċar, kemm bl-argument favur Kummissarju Ewropew għall-Mediterran u anke meta, is-sena l-oħra, fil-laqgħa tal-MED9 f’pajjiżna ġie sostnut li l-Mediterran ikun ċentru ta’ enerġija nadifa.
Fil-laqgħa bejn il-Prim Ministru Malti u dak Libjan iddiskutew ukoll il-potenzjal li r-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi jkomplu jikbru anke fi sfond ta’ ftehim favur konnettività bl-ajru.
Dr Abela qal li r-relazzjonijiet mal-Libja huma ffokati fuq il-ħolqien ta’ opportunitajiet anke f’oqsma oħra, bħall-marittimu.
Fuq il-kummerċ, Dr Abela qal li Malta tista’ tkompli tiffaċilita u sservi ta’ ċentru għal-loġistika bejn l-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuq. Hawn semma kif pajjiżna għandu portijiet attrezzati biex iservu ta’ pont kummerċjali bejn iż-żewġ kontinenti.
Il-Prim Ministru Malti nnota wkoll li pajjiżna qed jagħraf l-importanza tal-koperazzjoni strateġika mal-Gvern Libjan dwar l-immigrazzjoni. Dan permezz ta’ taħriġ u assistenza anke fil-protezzjoni ċivili mogħtija mill-awtoritajiet Maltin lil dawk Libjani, quddiem sfidi li anke l-Libja għandha bħala pajjiż tranżitorju għall-immigranti.
Dr Abela qal li l-ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi diġà fisser salvataġġ ta’ ħajjet eluf ta’ persuni, fosthom nisa u tfal, u tnaqqis qawwi ta’ wasliet ta’ immigranti irregolari. Dr Abela sostna li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni mhix indirizzata għal kollox u għad baqa’ xi jsir.
ROBERT ABELA
IL-PRIM MINISTRU
“Konna waħedna u kien il-Gvern Libjan, li għenna u sibna soluzzjonijiet li fl-2021, fl-2022, fl-2023 u fl-ewwel nofs ta’ din is-sena kellna wasliet li naqqasnihom b’mod rekord, ikkumparat mas-snin preċedenti. Dak kien sforz dak l-MOU li ffirmajna dakinhar, li llum erġajna ġeddidna bil-firma taż-żewġ Prim Ministri.”
Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru Robert Abela fil-laqgħat fi Tripli hemm il-Ministri Clint Camilleri u Byron Camilleri, is-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol u l-Kap tas-Segretarjat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Mark Mallia.

Пікірлер
L-ISTORJA TAL-IMWIEŻEN TA’ DARI U LLUM
5:23
ONE News Malta
Рет қаралды 1,6 М.
TGĦAJJIR OXXEN BEJN EKS KOLLEGI FIL-PN
2:41
ONE News Malta
Рет қаралды 1,8 М.
小丑把天使丢游泳池里#short #angel #clown
00:15
Super Beauty team
Рет қаралды 45 МЛН
The Giant sleep in the town 👹🛏️🏡
00:24
Construction Site
Рет қаралды 20 МЛН
👨‍🔧📐
00:43
Kan Andrey
Рет қаралды 11 МЛН
JIDDAĦĦLU RESTRIZZJONIJIET FUQ IL-LIKWIDI FIL-HAND LUGGAGES
1:57
L-AWTORITAJIET JISSOKTAW BL-ISPEZZJONIJIET
1:17
ONE News Malta
Рет қаралды 469
IR-RITRATTI MINN DEJJEM KIENU GĦAL QALBU, IMMA ISSA IKTAR
4:11
ONE News Malta
Рет қаралды 814
Seven police officers, pose, Valletta, Malta, Nov 7th, 2018
0:54
Peter Laurence
Рет қаралды 3,3 М.
L-AKBAR TNAQQIS FIT-TAXXA GĦALL-‘MIDDLE CLASS’
4:10
ONE News Malta
Рет қаралды 36
MAKARIOS ĦARAB LEJN MALTA 50 SENA ILU
2:31
ONE News Malta
Рет қаралды 414
小丑把天使丢游泳池里#short #angel #clown
00:15
Super Beauty team
Рет қаралды 45 МЛН