TALBA TA’ YORGEN FENECH GĦAL INKJESTA RRIFJUTATA

  Рет қаралды 683

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT • Il-Qorti ma laqgħetx talba għal inkjesta, li saret mill-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech, kontra x-xhud prinċipali kontrih fil-każ, Melvin Theuma.
Waqt li ġie konkluż li mhemm l-ebda bażi biex tinfetaħ inkjesta fuq dak allegat, ġie nnotat kif dan kien tentattiv ieħor minn ħafna min-naħa ta’ Fenech biex ifixkel il-proċeduri li għaddejjin kontrih.
Id-deċiżjoni waslet jiem biss wara li Jason Azzopardi wkoll ġie mċanfar mill-Qorti għax ippreġudika l-każ bil-kummenti tiegħu, li, skont l-esperti, komplew isaħħu d-difiża tal-istess Fenech.
KITBA: JOSEF CARUANA
FILMAT: ARKIVJI
Rikors, imressaq mill-avukati ta’ Yorgen Fenech, biex tinfetaħ inkjesta maġisterjali fil-konfront ta’ Melvin Theuma, ix-xhud ewlieni fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, dwar allegati reati kriminali li dan seta’ wettaq snin ilu, ma ntlaqax mill-Qorti wara li nstab li ma jissodisfax il-minimu għal talba simili, skont il-liġi.
Fil-fatt il-Maġistrat inkwirenti Joseph Mifsud, li sema’ t-talba, ikkonkluda din il-ġimgħa li mhemmx bażi fit-talba li tissodisfa l-kriterji kif stabbiliti mil-liġi.
Fir-rikors imressaq mill-Avukat Charles Mercieca, f’isem Fenech, ingħad li Theuma seta’ wettaq allegati reati li jinvolvu parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, ħasil ta’ flus u influwenza mhux xierqa fuq uffiċjal pubbliku.
Fir-risposta ppreżentata f’isem Melvin Theuma, l-Avukati Kathleen Calleja Grima u Matthew Brincat argumentaw li dwar dak allegat ma tressqux provi sostanzjali, iżda sempliċiment siltiet mhux f’kuntest minn għadd kbir ta’ recordings, li diġà jinsabu quddiem il-Qorti jew f’inkjesti oħrajn. Minbarra hekk, qalu li l-materjal, li ssir referenza għalih, ukoll ġie ppreżentat lill-Pulizija minn Theuma nnifsu waqt l-investigazzjonijiet.
Għaldaqstant tennew li r-rikors tal-allegat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia hu biss tentattiv ieħor minn ħafna biex jittanta jfixkel il-kors tal-ġustizzja “billi jattakka xhud prinċipali fil-proċeduri kontra tiegħu u jiżgwida l-andament tal-provi, anke billi jaqbad troffa ta’ evidenza u jiżolaha mill-bqija tal-provi” biex tingħata stampa b’oħra.
Wara li ra s-sottomissjonijiet kollha, il-Maġistrat Mifsud stqarr ukoll, fil-konklużjonijiet tiegħu, li talbiet għal inkjesti m’għandhomx isiru qisu qed isir sempliċi xi wieħed minn mijiet ta’ rapporti jew kwereli li jsiru regolarment f’għassa tal-Pulizija biex dawn jipproċedu kontra xi persuna.
Hu fakkar li l-liġi relatata ma tridx li denunzji jsiru b’mod ażżardat, abbużiv, malizzjuż jew saħansitra b’mod falz, għax, fi kliemu, id-denunzji jew il-kwereli mhumiex logħba u jistgħu jagħmlu ħsara irreparabbli.
Id-deċiżjoni tasal ukoll wara li, fl-aħħar jiem, l-Imħallef Edwina Grima ċanfret darbtejn lill-eks Deputat Nazzjonalista u avukat tal-għaqda Repubblika, Jason Azzopardi. Dan wara li, b’kummenti li għadda lis-sit Lovin’ Malta u fuq il-midja soċjali, kien ippreġudika l-proċeduri dwar l-istess omiċidju li seħħ fl-2017.
Tali kummenti ġew deskritti minn esperti legali li setgħu saru b’mod intenzjonat u malizzjuż ħafna biex l-istess każ fil-Qorti kontra Yorgen Fenech jitwaqqa’ proprju minħabba l-preġudizzju li jinħolqu.
L-Imħallef Grima, waqt li ordnat lill-midja biex ma tirrepetix il-kummenti ta’ Azzopardi, saħansitra wissiet li lesta tieħu l-każ ta’ Fenech fil-magħluq, jekk tali mġieba tippersisti fil-pubbliku.
Wara li ngħata l-ewwel twissija s-Sibt li għadda, iżda, Jason Azzopardi ħareġ minnufih jattakka lill-Imħallef għad-deċiżjoni tagħha u qal li din kienet ibbażata fuq “loġika bażwija u mnawra”.

Пікірлер
How to win a argument
9:28
ajaxkmr
Рет қаралды 539 М.
The CUTEST flower girl on YouTube (2019-2024)
00:10
Hungry FAM
Рет қаралды 48 МЛН
هذه الحلوى قد تقتلني 😱🍬
00:22
Cool Tool SHORTS Arabic
Рет қаралды 103 МЛН
How Strong is Tin Foil? 💪
00:26
Preston
Рет қаралды 61 МЛН
JAMMETTI U JEĦEL 15-IL SENA ĦABS FUQ IL-QTIL TA’ DCG
2:59
ONE News Malta
Рет қаралды 13 М.
ID-DEPUTATI MEXXEJJA TAL-PL JINDIRIZZAW IL-KONFERENZA ĠENERALI
4:11
MIJIET F’PELLEGRINAĠĠ MADWAR MALTA
2:46
ONE News Malta
Рет қаралды 925
ĦATRIET ĠODDA FIT-TMEXXIJA TAL-PARTIT LABURISTA
4:12
ONE News Malta
Рет қаралды 1 М.
The CUTEST flower girl on YouTube (2019-2024)
00:10
Hungry FAM
Рет қаралды 48 МЛН