TIXHED IL-KOLUMBJANA AGGREDITA F’PACEVILLE

  Рет қаралды 1,758

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT • Se ngħaddu issa għal aktar aħbarijiet mill-awli tal-Qorti.
KITBA: NOLAN CAMILLERI / AYMEN PACE
FILMAT: ARKIVJI
Fil-każ tal-Kolumbjan Fabian Medina Paira, li jinsab akkużat li pprova joqtol u kkawża ġrieħi gravi lil mara mill-Kolumbja wkoll nhar is-7 ta’ Awwissu li għadda max-xatt f’Paceville, xehdet il-vittma ta’ 25 sena li rrakkontat il-mumenti traġiċi ta’ dakinhar.
Il-mara, li ngħad li ma kinitx taf lill-allegat aggressur, kienet spiċċat fil-periklu tal-mewt wara daqqiet bi flixkun imkisser. F’seduta t-Tlieta filgħodu hi xehdet kif kienet marret ma’ tlett iħbieb tagħha l-baħar f’San Ġiljan kmieni filgħodu.
Spjegat li tnejn minn sħabha kienu laħqu telqu minn fuq il-post fil-ħin tal-inċident meta nnotaw imġieba stramba mill-aggressur li beda jitkellem waħdu, filwaqt li kien qed iħuf mal-bajja.
Meta hi u s-sieħeb tagħha niżlu jgħumu raw lir-raġel jersaq qrib il-basket tagħha fejn kellha l-affarijiet personali.
Ingħad li, wara li dan poġġa bil-qegħda ftit ’il bogħod mill-basket, qam bil-wieqfa, waqt li kisser flixkun tal-ħġieġ mal-blat. Kien hawn li l-vittma qalet lis-sieħeb tagħha li r-raġel kien se jisraqha u telgħet tiġri u ffaċċjat lir-raġel, li qalet kellu ħarsa tal-biża’.
Qalet li hi, minnufih, ukoll qabdet flixkun ieħor tal-ħġieġ. Minn dak il-ħin ’il quddiem, il-vittma qalet li tiftakar biss li kienet qed tiġi aggredita b’daqqiet ta’ flixkun u, wara, lis-sieħeb tagħha jitlobha biex ma torqodx, waqt li bdiet tiġi quddiem għajnejha t-tarbija tagħha.
Testijiet mediċi kkonfermaw li l-mara tilfet ħafna demm u kien hemm bżonn ta’ intervent mediku minħabba li d-demm niżlilha wkoll fil-pulmun, waqt li l-ġrieħi li ġarrbet fuq in-naħa tal-lemin ta’ żaqqha ma dehrux li kienu riżultat ta’ daqqiet bi flixkun tal ħġieġ.
Fi tmiem ix-xhieda, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, qalet li hemm biżżejjed provi biex il-Kolumbjan jgħaddi ġuri.
L-Avukat Kaylie Bonnett mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Shawn Pawney mexxew il-Prosezzjoni, filwaqt li Mark Busuttil kien qed jidher għall-akkużat, bħala Avukat tal-Għajnuna Legali.
Il-każ ġie aġġornat.
MHUX ĦATI LI KKAWŻA ĠRIEĦI GRAVI BI TRASKURAĠNI
Bijan Spasic, Serb ta’ tletin sena, ma nstabx ħati li, bi traskuraġni, ikkawża ġrieħi gravi lil diversi persuni wara li sfronda poġġaman ta’ stabbiliment tad-divertiment f’Paceville f’Novembru tal-2015 meta seħħ stampede.
F’dan l-inċident kienu weġġgħu ’l fuq minn tmenin persuna, bil-maġġoranza tagħhom b’mod ħafif, għajr għal żewġ tfajliet li ġarrbu ġrieħi sejri u erbatax oħrajn li kienu weġġgħu b’mod gravi. B’rabta mal-inċident kienu tressqu l-Qorti tlieta u għoxrin persuna, inkluż l-istess Spacic.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech nnotat kif l-imputat ġab saħħet ħaddieħor qabel tiegħu fl-istess inċident u b’hekk ma sabitux ħati tal-akkużi.
Minkejja dan, is-Serb, li jaħdem bħala bouncer, instab ħati li ma kienx liċenzjat biex jaħdem bħala uffiċjal tas-sigurtà u li pejjep fi stabbiliment u ġie ordnat iħallas multa ta’ elf u mitejn ewro fi żmien sena.
TINTLAQA’ TALBA BIEX JIXHDU ESPERTI FL-INKJESTA VELLA
Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Edwina Grima, laqgħet talba biex esperti mqabbdin fl-inkjesta tal-Maġistrat Gabriella Vella dwar il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet, jixhdu biex jiġi ċċarat kif waslu għall-ammonti ta’ flus, li kellhom jiġu ffriżati fil-każ ta’ imputati.
Din it-talba saret minn Jean Carl Farrugia, Kevin u Kenneth Deguara, u Deborah Chappell wara li kienu milquta minn ordnijiet ta’ ffriżar ta’ assi, li jlaħħqu l-miljuni ta’ ewro.
L-avukati difensuri tagħhom informaw lill-Qorti, li rrispondew għas-sottomissjonijiet tal-Prosekuzzjoni, filwaqt li din qalet kif m’għandhiex aktar evidenza x’tippreżenta, aktar minn dak li joħroġ mill-inkjesta.
Għaldaqstant, l-avukati mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali oġġezzjonaw għat-talba tad-Difiża biex jixdhu l-esperti konċernati.
Hawn ġie nnotat kif il-liġi ma tgħidx jekk il-Qorti għandhiex tisma’ xhieda fi proċeduri bħal dawn.
Minkejja dan, id-Difiża tħalliet tippreżenta nota b’lista tal-esperti u l-Qorti laqgħet it-talba biex dawn jixhdu, iżda ma laqgħetx it-talba biex jixhed l-Avukat Ġenerali. Minflok, inħarġet ordni biex dan jindika liema partijiet mill-inkjesta maġisterjali wasslu għall-ordnijiet tal-iffriżar.
Il-każ ġie aġġornat għal Settembru.

Пікірлер: 1
@rosmarmifsud6214
@rosmarmifsud6214 Ай бұрын
Xkanawh il barra mill pajjiz halli nibdew nehilsu mill imbarazz li hawn jigri mas saqajn
Breaking the Calabrian Mafia in Italy | Foreign Correspondent
30:40
ABC News In-depth
Рет қаралды 3,1 МЛН
IŻ-ŻEWĠ ŻGĦAŻAGĦ KAĊĊATURI LI NQATLU B’SAJJETTA
2:27
ONE News Malta
Рет қаралды 8 М.
The CUTEST flower girl on YouTube (2019-2024)
00:10
Hungry FAM
Рет қаралды 53 МЛН
He bought this so I can drive too🥹😭 #tiktok #elsarca
00:22
Elsa Arca
Рет қаралды 62 МЛН
SHAPALAQ 6 серия / 3 часть #aminkavitaminka #aminak #aminokka #расулшоу
00:59
Аминка Витаминка
Рет қаралды 669 М.
Expected Ending?
00:45
ISSEI / いっせい
Рет қаралды 4,9 МЛН
Libya - The comeback of Saif Al Islam Al Gaddafi | DW Documentary
51:56
ĠBIR TAL-PROVI FIL-KAŻ TA’ TRAFFIKAR UMAN
3:05
ONE News Malta
Рет қаралды 2,5 М.
IL-VITTMA QALA’ MADWAR 45 DAQQA TA’ SIKKINA
2:49
ONE News Malta
Рет қаралды 3,6 М.
IL-VITTMA TAL-ALLEGAT ĦTIF FL-AĦRAX JAĦRAB MINN MALTA
3:24
ONE News Malta
Рет қаралды 4,3 М.
Interview with former prisoner Louis Mallia
39:33
Lea Hogg
Рет қаралды 3 М.
Lovin Malta Meets Robert Abela
1:14:02
Lovin Malta
Рет қаралды 12 М.
IMMU VANKILATARINAT 2
42:08
IMMU
Рет қаралды 152 М.
The CUTEST flower girl on YouTube (2019-2024)
00:10
Hungry FAM
Рет қаралды 53 МЛН