43 SENA MILL-QTIL POLITIKU TA’ KARIN GRECH

  Рет қаралды 1,737

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT • Tlieta u erbgħin sena ilu nqatlet Karin Grech, tfajla ta’ ħmistax-il sena li missierha kien qed jagħti servizz mediku lill-pajjiżna.
Kien qtil politiku hekk kif dikjarat mill-Qorti u sal-lum baqgħet ma saritx ġustizzja.
KITBA EDWARD MONTEBELLO
FILMAT ARKIVJI
Tlieta u erbgħin sena ilu nħasdet ħajjet tfajla ta’ ħmistax-il sena.
Fil-fjur ta’ ħajjitha, Karin Grech, bint it-Tabib Edwin Grech inqatlet innoċentament permezz ta’ ittra bomba.
Kien fit-tmienja u għoxrin ta’ Diċembru tal-elf disa’ mija sebgħa u sebgħin, fl-eqqel ta’ strajk tat-tobba, li l-Professur Edwin Grech ma obdiex u baqa’ jagħti servizz lill-pazjenti, li Karin Grech inqatlet.
F’darha, Karin kienet fetħet pakkett imgeżwer f’karta tar-rigali tal-Milied.
Ħdejha kien hemm ħuha Kevin.
Ftit wara li fetħet il-pakkett, il-bomba li kien hemm splodiet.
It-tfajla kienet ittieħdet l-isptar San Luqa iżda sfortunatament mietet ftit minuti wara.
Hija kienet ġarrbet ħruq estensiv.
F’quddiesa tal-funeral ikkonċelebrata mill-Arċisqof ta’ dak iż-żmien, Monsinjur Mikiel Gonzi kien sejjaħ dan l-att barbaru bħala l-ewwel attakk terroristiku fil-pajjiż.
Għall-funeral kbir li kien sar kienu bosta li attendew
Dakinhar tal-qtil ta’ Karin Grech, it-tabib Paul Chetcuti Caruana, li mbagħad kien deputat Laburista, kien irċieva pakkett b’ittra bomba iżda fortunatament il-bomba ma ħaditx.
Il-każ tal-qtil ta’ Karin Grech baqa’ ma kienx solvut iżda l-Qorti kienet iddikjarat li dan kien qtil politiku.
Xi ħaġa li Gvern Nazzjonalista, li kien ordnat jagħti kumpens lill-familja Grech, ma qabilx li kien qtil politiku.
Il-Qorti kienet tat kumpens ta’ ftit aktar minn erba’ mitt elf ewro iżda l-ħajja ta’ bniedem ma fiha l-ebda prezz.
L-ebda kumpens ma seta’ jagħti s-serħan lill-familja Grech li tilfet tfajla għażiża għaliha.
Aktar minn erba’ deċenji wara, il-ġustizzja għadha ma saritx.
Lil Karin ma ninsewhiex.

Пікірлер
Israeli settlements, explained | Settlements Part I
8:06
Мясо вегана? 🧐 @Whatthefshow
01:01
История одного вокалиста
Рет қаралды 7 МЛН
Quando eu quero Sushi (sem desperdiçar) 🍣
00:26
Los Wagners
Рет қаралды 15 МЛН
TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA LIL JOE FARRUGIA ‘IR-RICKY’
2:15
Why This Country Was Erased From History
16:50
Johnny Harris
Рет қаралды 1,7 МЛН
Cholesterolis mitai ir tiesa....
14:50
Sveikatos Kodas
Рет қаралды 39 М.
TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA LILL-MONSINJUR VICTOR GRECH
3:31
ONE News Malta
Рет қаралды 416