ĦA XOKK WAQT LI KIEN QED JARMA SCAFFOLDING

  Рет қаралды 951

ONE News Malta

ONE News Malta

5 күн бұрын

ONE.COM.MT • Fis-servizz li jmiss insegwu d-dettalji dwar tliet fatalitajiet - waħda li seħħet dalgħodu u t-tnejn l-oħra ta’ persuni li kienu involuti f’aċċidenti separati l-ġimgħa li għaddiet.
KITBA: TRISCHIA FALZON
FILMAT: ARKIVJI
Somalu ta’ wieħed u tletin sena minn Ħal Qormi tilef ħajtu wara li ħa xokk waqt li kien qed jarma scaffolding. Il-każ seħħ il-Ħamis filgħodu għall-ħabta tal-ħdax u nofs fi Triq Manuel Dimech f’San Ġiljan.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza, iżda sfortunatament kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Dwar il-każ inħatret inkjesta maġisterjali u għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija u mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
IMUT L-ANZJAN LI SOFRA MINN ĦRUQ FI SPLUŻJONI
Miet l-anzjan ta’ tmenin sena mis-Swieqi li sofra minn ħruq fi splużjoni l-Ħadd filgħodu, x’aktarx ikkawżata minn ħruġ ta’ gass. Il-każ seħħ f’garaxx fi Triq Qantar fis-Swieqi.
Fuq il-post kien evidenti l-impatt tal-isplużjoni, tant li l-bieb tal-garaxx spiċċa mal-art ħdejn il-bankina u saret ħsara wkoll fuq il-faċċata ta’ dar fl-istess triq, tant li anke tgħawweġ il-ħadid tal-gallarija.
L-anzjan ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post, imbagħad, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn mill-ewwel ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
IMUT WARA AĊĊIDENT BIL-MUTUR FIĊ-ĊIRKEWWA
Miet ir-raġel ta’ wieħed u sittin sena miż-Żebbuġ, Għawdex, li l-ġimgħa l-oħra kellu aċċident bil-mutur fiċ-Ċirkewwa.
Il-każ seħħ fid-dsatax ta’ Ġunju fi Triq il-Marfa, meta għal xi raġun, ir-raġel ħabat mal-barrikati u waqa’.
Meta ttieħed l-isptar mill-ewwel ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji u, sfortunatament, tilef ħajtu wara numru ta’ jiem fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.

Пікірлер
The day of the sea 🌊 🤣❤️ #demariki
00:22
Demariki
Рет қаралды 91 МЛН
Haha😂 Power💪 #trending #funny #viral #shorts
00:18
Reaction Station TV
Рет қаралды 14 МЛН
ОДИН ДЕНЬ ИЗ ДЕТСТВА❤️ #shorts
00:59
BATEK_OFFICIAL
Рет қаралды 7 МЛН
IL-KNISJA TAS-SIĠĠIEWI FL-ARTI PIROTEKNIKA
2:30
ONE News Malta
Рет қаралды 500
IKOMPLI L-KAŻ DWAR L-INKJESTA VELLA
2:24
ONE News Malta
Рет қаралды 748
ŻEWĠ FTEHIMIET GĦAL NIĊĊA TURISTIKA ĠDIDA
3:37
ONE News Malta
Рет қаралды 140
Malta Today
2:33
British Movietone
Рет қаралды 1,7 М.
L-MUT SE TIEĦU VOT IL-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
1:29
ONE News Malta
Рет қаралды 113
Roger Agius ikompli jikxef il-manuvri li saru minn Kastilja
3:17
The day of the sea 🌊 🤣❤️ #demariki
00:22
Demariki
Рет қаралды 91 МЛН