IL-KNISJA TAS-SIĠĠIEWI FL-ARTI PIROTEKNIKA

  Рет қаралды 674

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT • Se nitkellmu issa dwar ħarqa tradizzjonali unika tan-nar tal-art, fil-pjazza tas-Siġġiewi, lejliet il-fest, għada filgħaxija ad unur il-Padrun San Nikola.
KITBA: ANTON FALZON
FILMAT: DORIAN BORG
Fil-pjazza ewlenija tas-Siġġiewi, wara nuqqas ta’ 18-il sena, fl-okkażjoni tar-restawr tal-vara titulari ta’ San Nikola, l-Għaqda tan-Nar San Nikola qed terġa’ torganizza spettaklu pirotekniku mal-faċċata tal-Knisja li tixhed replika tagħha u simboli oħrajn relatati mal-patrun tal-lokal.
Din l-esebizzjoni bil-logħob tan-nar ġiet maħduma u maħruqa għall-ewwel darba fis-sena 1985 u mbagħad reġgħet saret tliet darbiet oħra wara.
L-aħħar darba li saret kien fl-2006 u dakinhar il-faċċata nbidlet f’erba’ lwien, f’replika tal-faċċata kollha safra u bix-xbieha ta’ San Nikola, fost l-oħrajn.
Din l-opra unika tagħmel użu minn tip ta’ gass, dak magħruf bħala tat-tifi u għal din l-okkażjoni mal-faċċata tal-knisja se jintużaw madwar 16,000 gass tad-dawl u li bejn wieħed u ieħor idumu jaqbdu żewġ minuti.
Brian Borg, membru fi ħdan l-Għaqda tan-Nar San Nikola, spjegalna eżattament x’se jkun qed jiġri waqt din il-ħarqa tradizzjonali.
BRIAN BORG
MEMBRU, GĦAQDA TAN-NAR SAN NIKOLA
“Minbarra n-nar tal-art li se jkollna, il-grand final ħa jkun din l-istruttura ta’ warajja. Li fiha uniku f’Malta hu l-gass tat-tifi li bih inkunu nistgħu noħorġu erba’ stampi li se jkunu l-arma tal-għaqda tan-nar, l-arma tas-Siġġiewi, San Nikola u l-faċċata tal-knisja.”
Għal din is-sena, l-għaqda nvestiet f’qafas ġdid li fuqu nħadmet din ir-replika tal-faċċata tal-knisja, minflok dik tal-injam u l-qasab.
Il-President tal-Għaqda tan-Nar, Leonard Schembri, tkellem dwar id-differenza li jara llum il-ġurnata fil-qasam pirotekniku meta mqabbel ma’ dak ta’ dari.
LEONARD SCHEMBRI
PRESIDENT, GĦAQDA TAN-NAR SAN NIKOLA
“Meta saret l-ewwel darba, kienet tifforma l-faċċata tal-Knisja biss, u llum taqleb f’erba’ darbiet u bħala logħob tan-nar inġenerali llum qed isir xogħol mekkanizzat, li dak iż-żmien ma kienx hawn apparat biex naħdmu u jsir dan ix-xogħol kollu.”
Minbarra din l-opra fil-piroteknika, is-Sibt fis-Siġġiewi se jkun hemm ħarqa tradizzjonali u innovattiva li tibda mid-9:30 ta’ filgħaxija ’l quddiem bin-nar tal-ajru u wara l-ħarqa tan-nar tal-art, artistiku u mekkanizzat.

Пікірлер
IR-RADDIENA TAS-SFAFAR FIS-SIĠĠIEWI LI SE DDOQQ GĦAL SITT MINUTI
3:16
HARBINSON JGĦID LI QATT MHU ĠEJ MALTA
3:37
ONE News Malta
Рет қаралды 279
Blind Boy Saved by Kind Girl ❤️
00:49
Alan Chikin Chow
Рет қаралды 50 МЛН
New Colour Match Puzzle Challenge - Incredibox Sprunki
00:23
Music Playground
Рет қаралды 44 МЛН
The perfect snowball 😳❄️ (via @vidough/TT)
00:31
SportsNation
Рет қаралды 77 МЛН
Natura Maltija - Il-Gżejjer Maltin
3:03
TVM
Рет қаралды 3,5 М.
Xarabank tattoos James Bondin
1:42
Dione Galea
Рет қаралды 7 М.
SPETTAKLU TAN-NAR F’NOFSILLEJL FIL-QRENDI
1:41
ONE News Malta
Рет қаралды 1,6 М.
IL-PM JINNOTA L-IPOKREZIJA TAL-PN
4:48
ONE News Malta
Рет қаралды 397
Tliet aħwa li jgħixu fid-Dar tal-Providenza
1:25
WeMedia TV
Рет қаралды 1,2 М.
Blind Boy Saved by Kind Girl ❤️
00:49
Alan Chikin Chow
Рет қаралды 50 МЛН