JOHNSTON SETA’ NĦEBA FIL-GARAXX QABEL IL-QTIL

  Рет қаралды 4,446

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT •
Garaxx komuni fil-blokka ta’ appartamenti fi Triq Maestro Giuseppe Busuttil fis-Swatar, fejn inqatlet Nicolette Ghirxi tard bil-lejl il-Ħadd li għadda, seta’ kien il-post fejn l-eks sieħeb tagħha, l-Irlandiż Edward William Johnston, inħeba ftit qabel u qagħad jistenniha tasal.
ONE News reġa’ żar il-post tad-delitt fejn sab li garaxx, li jintuża mir-residenti, hu miftuħ il-ħin kollu b’aċċess mit-triq, waqt li fuq ġewwa hemm lift u taraġ, li jagħtu aċċess lir-residenti taż-żewġ blokok bl-isem ta’ Orion Court.
Hu mifhum li l-Pulizija u dawk fl-inkjesta maġisterjali qed iqisu li Johnston, li kien familjari sew mal-appartament tal-vittma, seta’ faċilment qagħad jistenniha moħbi hemm ġew għal xi ħin il-Ħadd filgħaxija.
Biex, imbagħad, appena l-mara waslet fuq il-post, tela’ magħha fl-appartament. Mhux eskluż li l-mara setgħet kienet mhedda mir-raġel biex tħallih jidħol fl-appartament, li jinsab fit-tielet sular tal-blokka.
L-ipoteżi, li ġiet indikata lill-investigaturi minn qraba tal-Maltija ta’ 48 sena, tiġġustifika għalxiex il-Pulizija ma sabet l-ebda sgass meta marret fl-appartament fil-limiti ta’ Birkirkara. Dan wara li Johnston innifsu tahom id-dettalji tad-delitt, li kien għadu kemm wettaq, u fejn kienet tinstab il-vittma.
Fil-fatt il-Pulizija, li waslu fuq il-post fis-sigħat bikrin tat-Tnejn, waqt li uffiċjali oħrajn kienu għadhom qed joħduha ma’ Johnston fuq ix-xatt ta’ Paceville, sabu li l-appartament kien imsakkar b’mod normali u ma nstabet l-ebda indikazzjoni ta’ xi sgass.
Wara li ħadd ma wieġeb minn ġewwa tal-appartament, il-Pulizija kellhom jisgassaw il-bieb huma stess, kif ġie kkonfermat mill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà fil-konferenza dwar id-delitt it-Tnejn filgħodu.
Hawnhekk il-Pulizija sabu lil Ghirxi bla ħajja wiċċha ’l fuq f’għadira demm. Mill-awtopsja tagħha, instab li l-mara mietet b’daqqiet ta’ sikkina f’għonqha, bl-arma użata wkoll qrib il-katavru tagħha.
Kelliem għall-Pulizija l-Ġimgħa ma kienx f’pożizzjoni li jikkonferma jew jiċħad tali ipoteżi, sakemm l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Jirriżulta, iżda, li l-Pulizija u l-esperti fl-inkjesta maġisterjali qed jispezzjonaw filmati ta’ CCTVs fl-akwati u postijiet oħrajn bil-għan li jsegwu l-passi ta’ Johnston u d-dinamika ta’ kif seħħ id-delitt.
Sadanittant il-funeral ta’ Ghirxi se jsir is-Sibt fit-tmienja u nofs ta’ filgħodu fis-Santwarju tal-Ħniena Divina fin-Naxxar.

Пікірлер
Expected Ending?
00:45
ISSEI / いっせい
Рет қаралды 4,9 МЛН
小丑在游泳池做什么#short #angel #clown
00:13
Super Beauty team
Рет қаралды 41 МЛН
🍉😋 #shorts
00:24
Денис Кукояка
Рет қаралды 1,8 МЛН
💩Поу и Поулина ☠️МОЧАТ 😖Хмурых Тварей?!
00:34
Ной Анимация
Рет қаралды 1,6 МЛН
Crime Beat Most Wanted: Kiarash Parzham & Mohamed Shire | S2 E4
22:01
TINGĦATA L-AĦĦAR TISLIMA NICOLETTE GHIRXI
1:42
ONE News Malta
Рет қаралды 1,1 М.
JAMMETTI U JEĦEL 15-IL SENA ĦABS FUQ IL-QTIL TA’ DCG
2:59
ONE News Malta
Рет қаралды 13 М.
Breaking the Calabrian Mafia in Italy | Foreign Correspondent
30:40
ABC News In-depth
Рет қаралды 3,1 МЛН
MIETET B’DAQQIET TA’ SIKKINA F’GĦONQHA
2:30
ONE News Malta
Рет қаралды 3,1 М.
L-ISTORJA TAL-IMWIEŻEN TA’ DARI U LLUM
5:23
ONE News Malta
Рет қаралды 2,4 М.
Il-Gvern jgħaddi romblu fuq il-kuċċiera taż-żwiemel
4:14
Expected Ending?
00:45
ISSEI / いっせい
Рет қаралды 4,9 МЛН