L-EWWEL FAŻI TAL-PROĠETT MOSTI DAQT LESTA

  Рет қаралды 1,588

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT • L-ewwel fażi tal-proġett tal-Pjazza tal-Mosta mistennija titlesta sa tmiem din is-sena. Qal dan is-Sindku Chris Grech hekk kif, waqt intervista, spjega wkoll f’aktar dettall l-aħħar deċiżjoni tal-Kunsill Lokali biex is-siġar tat-tip Ficus li hemm mar-Rotunda tal-Mosta se jibqgħu f’posthom biex b’hekk mhux se jinqalgħu biex jitħawlu f’post ieħor fl-istess lokalità. CHRIS GRECH
SINDKU, MOSTA
“Il-proġett se jkun lest kif imwiegħed sal-aħħar ta’ din is-sena, ħa jibqa’ xi xogħlijiet li se jsiru wara, li huma xogħlijiet ta’ dwal, il-landscaping se jkun lest, hemm xi xogħol ta’ sigurtà, ta’ bollards li dawn l-affarijiet kollha jikkumplimentaw fi proġett li żgur, jekk m’għamel xejn il-Kunsill bħalma hawn min jgħid, dan il-proġett se jħalli legat lill-Mostin.”
Fil-fatt, is-Sindku Mosti tkellem ukoll dwar id-deċiżjoni biex is-siġar tat-tip Ficus li hemm mar-Rotunda tal-Mosta jibqgħu f’posthom biex b’hekk mhux se jinqalgħu biex jitħawlu f’post ieħor fil-Mosta stess.
Grech sostna li dan qed jagħmlu wara li l-Kunsill sema’ lin-nies u s-siġar li hemm se jkunu inkorporati fil-proġett ta’ tisbiħ li qed isir fil-pjazza, minflok jitħawlu oħrajn differenti.
CHRIS GRECH
SINDKU, MOSTA
“Wara r-rispons tal-pubbliku jiena ma kelli l-ebda problema li nitkellem ma’ sħabi l-kunsillieri li ninsew il-permess, avolja hemm permess, u jiġu integrati fil-proġett, biż-żvantaġġi li fihom kollha. Dak huwa case closed. Is-siġar ħa jibqgħu fil-pjazza tal-Mosta. In-nies riedu hekk u jiġri hekk.”
Grech sostna dan minkejja qbil unanimu mill-kunsillieri wara li żvelat kif l-istess siġar u l-għeruq tagħhom kienu qed jikkawżaw ħsarat, tant li tnejn minnhom diġà kellhom jitneħħew ftit taż-żmien ilu u jiġu mħawla f’post ieħor.
CHRIS GRECH
SINDKU, MOSTA
“Xahar u nofs ilu diġà kien hemm problema bi tnejn minnhom, għax daħlu fil-ġwiebi u dawn għamilna transplanting bil-permess tagħhom u dawn inqalgħu minħabba li kienu daħlu fil-ġiebja, waħda fil-ġiebja u oħra li kienet qed tagħmel ħsara maġenb iċ-ċentru ċiviku, li dawn qlajnihom u ġew transplanted u tħawlu fi Vjal Ragusa u diġà f’xahar qabdu u bdew jarmu.”
Sadanittant, Grech wkoll semma l-fażijiet ta’ xogħol li jmiss f’dan il-proġett multi-miljunarju.
CHRIS GRECH
SINDKU, MOSTA
“It-tieni fażi tal-proġett tal-pjazza hu l-proġett ta’ 3,000 metru kwadru, żona pubblika wara l-Knisja li hu r-riġenerazzjoni ta’ Ġnien Reggie Cilia, li se jkun wieħed mis-16-il proġett imħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela ta’ Project Green. U dak il-proġett ta’ Project Green ikun it-tieni fażi u t-tielet fażi jkun wara li jinbena parkeġġ fil-Mosta viċin il-pjazza tal-Mosta u ma jkollniex bżonn aktar il-parkeġġ ta’ biswit il-Knisja, ikollna t-tielet fażi ta’ pavimentar u riġenerazzjoni ta’ dik iż-żona fejn hemm il-parkeġġ.”

Пікірлер: 3
@mikeschembri382
@mikeschembri382 10 ай бұрын
L aghar zmien ghal Mosta kien fiz, zmien il PN. DAHHLUHA GO RASKOM DIN NAZZJONALISTI!! GO RASKOM!
@billyjmcbee
@billyjmcbee 10 ай бұрын
L-aghar sindku, l-aghar persuna fil-politika! Aqfluh, faqawlu elf multa, u keccuh minn Malta!
@peterzammit8858
@peterzammit8858 10 ай бұрын
Min fejn se jaddi It Traffic issa ghal Mosta consitution street Buses etc
Mohammad bin Salman: Prince With Two Faces
54:00
Show Me the World
Рет қаралды 6 МЛН
IL-MOSTIN JGĦIDU TAGĦHOM DWAR IL-PROĠETT TAL-PJAZZA
3:27
ONE News Malta
Рет қаралды 2,9 М.
АЗАРТНИК 4 |СЕЗОН 1 Серия
40:47
Inter Production
Рет қаралды 1,4 МЛН
My daughter is creative when it comes to eating food #funny #comedy #cute #baby#smart girl
00:17
АЗАРТНИК 4 |СЕЗОН 2 Серия
31:45
Inter Production
Рет қаралды 1,1 МЛН
Amazing Parenting Hacks! 👶✨ #ParentingTips #LifeHacks
00:18
Snack Chat
Рет қаралды 20 МЛН
The Minister's Millions I Al Jazeera Investigations
25:12
Al Jazeera English
Рет қаралды 2 МЛН
Dave Allen - religious jokes
13:20
DutchPastaGuy
Рет қаралды 6 МЛН
ILHA 70 SENA TAĦDEM F’ĦANUT TAX-XORB FIL-MELLIEĦA
2:21
ONE News Malta
Рет қаралды 6 М.
KEITH CASSAR JINĦATAR IS-SINDKU ĠDID TAL-MOSTA
2:43
NETnews
Рет қаралды 797
IŻ-ŻEWĠ ŻGĦAŻAGĦ KAĊĊATURI LI NQATLU B’SAJJETTA
2:27
ONE News Malta
Рет қаралды 8 М.
IMFAKKRA L-VITTMI TAN-NAR NAXXARIN
2:48
ONE News Malta
Рет қаралды 1,4 М.
X'Sar Minnhom - L-iskola Sir Temi Zammit
12:30
TVM
Рет қаралды 10 М.
АЗАРТНИК 4 |СЕЗОН 1 Серия
40:47
Inter Production
Рет қаралды 1,4 МЛН