IL-MALTEMPATA HELIOS TKOMPLI TIDDOMINA FUQ IL-GŻEJJER MALTIN

  Рет қаралды 6,527

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT • Hekk kif il-maltempata Helios tkompli tiddomina fuq il-gżejjer Maltin, il-Ġimgħa filgħodu pajjiżna qam għal diversi istanzi ta’ ħsarat kawża tal-maltempata.
Fis-servizz se nsegwu wħud minn dawn il-ħsarat u anke l-ħidma li skattata sabiex tiġi assigurata s-sigurtà fil-gżejjer Maltin.
KITBA: FRANCESCO BORG
FILMATI: ARKIVJI
Il-maltempata Helios li ħakmet lil gżejjer Maltin bejn l-Erbgħa filgħaxija u l-Ġimgħa ħalliet warajha ħsarat madwar il-pajjiż.
Dan wara li bibien is-sema nfetħu l-Erbgħa u baqgħu jolqtu lill-pajjiżna saħansitra sas-sigħat bikrin tal-Ġimgħa filgħodu. Dan flimkien anke ma’ riħ qawwi ħafna mil-Lvant għall-Grieg Lvant li f’waqtiet minnhom laħaq il-qawwa ta’ riefnu fl-inħawi fejn jaqbel l-iktar.
Il-maltempata Helios bdiet tolqot lil ġżejjer Maltin tard l-Erbgħa filgħaxija hekk kif dipressjoni li kienet tinsab fuq l-Alġerija bdiet taqsam lejn il-Libja u timxi lejn iċ-ċentru tal-Mediterran.
Fil-fatt, l-Uffiċċju Meteoroloġiku, innota kif il-jum tal-Ħamis kien l-aktar wieħed li fih għamlet xita fl-istorja ta’ pajjiżna. Tul il-jum għamlu aktar minn 140 millimetru ta’ xita. Ir-rekord ta’ qabel kien propju ta’ kważi mija erbgħa u għoxrin millimetru u ġie stabbilit fid-19 ta’ Frar tal-1938.
F’Jum San Pawl, il-ġurnata kienet ikkaraterizzata l-aktar minn riħ qawwi, fejn riħ min-Nofsinhar ix-Xlokk laqat b’qawwa lill-Gżejjer Maltin.
Fil-fatt, il-maltemp ħalla wkoll diversi ħsarat warajh.
Fost oħrajn, ċediet art fiż-żona ta’ Bighi fuq in-naħa tal-bajja ta’ Rinella. Din iż-żona taqa’ taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zammit spjega li tim ta’ esperti ġew imqabbda biex jeżaminaw x'ġara u biex tiġi diskussa t-triq 'il quddiem.
Blata kbira tqaċċtet ukoll minn mal-irdum u spiċċat fuq struttura li tinsab f’Popeye Village fil-Mellieħa. Fortunatament, ħadd ma kien involut jew milqut f’dan l-inċident.
F’Għajn Tuffieħa, wieħed mit-torrijiet ta’ Lascaris tas-Seklu 17 kellu xi ħsarat wara li ċediet biċċa minnu.
Il-Gozo Channel ħareġ avviż ukoll li s-servizz tal-vapur bejn Malta u Għawdex jaf jesperjenza xi dewmien u aktar minn hekk hemm possibiltà li xi vjaġġi jiġu kkanċellati.
Kawża tal-maltemp, ħajt li jmiss mad-daħla tad-ditch taċ-Ċittadella iġġarraf. Id-direttorat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex avża li fil-jiem li ġejjin dan id-ditch se jkun magħluq għall-pubbliku.
Intant, matul il-jum tal-Ġimgħa, il-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni ħadu ħsieb sabiex isewwu l-ħsarat li saru u jneħħu l-ħmieġ li nġabar.
B’ħidma kkordinata mid-Direttur Ġenerali Ramon Deguara, bdew ix-xogħol ta’ tindif biex b’hekk il-lokalitajiet jerġgħu jiġu lura għan-normal.
RAMON DEGUARA
DIRETTUR ĠENERALI
“Il-kosta li qeda fuq in-naħa tal-Lvant tal-Grigal sofriet danni kbar, nibdew mill-Għadira, x-Xemxija, neżlin lejn Triq il-Kosta, San Ġiljan, Tas-Sliema, Marsaskala fejn ittella’ ammont kbir ta’ materjal illi anki minn kmieni dalgħodu stess bdejna nneħħu dan il-materjal kollu mit-toroq sabiex nerġgħu nġibu s-sitwazzjoni lura għan-normal u t-toroq jerġgħu jinfetħu lura għall-pubbliku sabiex ikunu jistgħu jintużaw.”
Is-Sur Deguara appella biex wieħed jiddisponi mill-iskart b’mod responsabbli għax f’sitwazzjonijiet bħal tal-bieraħ, skart mormi ħażin iħalli r-riperkussjonijiet.
Intant, kawża tal-maltemp, numru ta’ żoni u lokalitajiet f’Malta u Għawdex kellhom qtugħ fil-provvista tad-dawl.
Il-korporazzjoni Enemalta spjegat li l-qtugħ ta’ dawl huwa riżultat ta’ ħsarat fl-interconnector bejn Malta u Sqallija.
Il-qtugħ seħħ f’nofsinhar neqsin għoxrin minuta.
Sa nofs siegħa wara dan il-qtugħ, il-provvista tal-elettriku bdiet titreġġa’ lura lill-klijenti, tant li sas-siegħa ta’ wara nofsinħar madwar 75% tal-klijenti kienu ngħataw lura s-servizz.
Il-provvista rritornat lura għan-normal ftit ħin wara.

Пікірлер
When Royal Guards Fight Back!
8:08
Fighting Spirit
Рет қаралды 3 МЛН
Mohammad bin Salman: Prince With Two Faces
54:00
Show Me the World
Рет қаралды 6 МЛН
Electric Flying Bird with Hanging Wire Automatic for Ceiling Parrot
00:15
Самое неинтересное видео
00:32
Miracle
Рет қаралды 2,7 МЛН
MALTA MILQUTA MINN MALTEMPATA KBIRA
2:02
ONE News Malta
Рет қаралды 10 М.
Ip Man 2 | The Boxing Competition
15:57
Cinewatch
Рет қаралды 8 МЛН
MALTEMPATA B’XITA QALILA TAĦKEM LIL MALTA
4:16
ONE News Malta
Рет қаралды 6 М.
Smart Meter Disaster!!
16:33
Rygol Electrical and Renewables Bristol
Рет қаралды 400 М.
One of the Greatest Speeches Ever | Steve Jobs
10:31
Motivation Ark
Рет қаралды 35 МЛН
Maltemp qawwi jolqot lil gżejjer Maltin
1:27
ONE News Malta
Рет қаралды 3,8 М.
Il-ħerba li ħalla l-maltemp qawwi li ħakem il-gzejjer Maltin.
1:42
1/3 The Battle of Berlin | Downfall (2004) Movie Edit
8:16
Waleed Higgins
Рет қаралды 2,3 МЛН