SKOLA PRIMARJA ĠDIDA FIR-RABAT GĦAWDEX

  Рет қаралды 80

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT •Hekk kif mill-ġimgħa d-dieħla terġa’ tibda sena skolastika ġdida, l-edukaturi u l-istudenti tal-Iskola Primarja tar-Rabat, Għawdex, se jibdew igawdu minn ambjent edukattiv ġdid, b’investiment ta’ madwar tmintax-il miljun ewro. Id-dettalji.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: CVC
Mill-bidu tas-sena skolastika li se tibda l-ġimgħa d-dieħla, l-istudenti u l-edukaturi tal-Iskola Primarja tar-Rabat, Għawdex, se jibdew igawdu minn ambjent edukattiv ġdid b’investiment ta’ madwar tmintax-il miljun ewro.
Dan il-proġett kien jinvolvi l-bini ta’ skola primarja ġdida, li ħadet post l-iskola l-antika, kif ukoll kien jinkludi t-tkabbir u l-immodernizzar tal-Iskola Medja fl-istess kampus.
L-iskola l-ġdida tinsab fil-kampus edukattiv li diġà hemm fir-Rabat. Dan il-kampus huwa l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu f'pajjiżna għaliex jinkludi ċentru għall-ħarsien tat-tfal, kindergarten, skola primarja, skola medja, skola sekondarja, kif ukoll is-Sixth Form.
L-Iskola Primarja l-ġdida għandha 16-il klassi għas-snin tal-edukazzjoni primarja u għaxar klassijiet għall-kindergarten, kif ukoll klassijiet għal suġġetti speċifiċi, fosthom għat-tagħlim tax-xjenza, tat-teknoloġija tal-informatika u tal-arti. L-iskola primarja u l-kindergarten flimkien kapaċi jilqgħu madwar 650 tifel u tifla. Fil-binja tal-iskola l-ġdida hemm ukoll ċentru għall-ħarsien tat-tfal u bosta faċilitajiet sportivi.
L-iskola għandha daqs ta’ madwar 8,000 metru kwadru, bi 3,000 minnhom għall-isport u r-rikreazzjoni tat-tfal. Bħala parti minn dan il-proġett sar ukoll it-tkabbir u l-immodernizzar tal-Iskola Medja li hemm fl-istess żona.
Żaru dan il-proġett il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.

Пікірлер
GRECH B’EKONOMIJA BĦAL QABEL L-2013
2:58
ONE News Malta
Рет қаралды 212
Players vs Corner Flags 🤯
00:28
LE FOOT EN VIDÉO
Рет қаралды 48 МЛН
АЗАРТНИК 4 |СЕЗОН 2 Серия
31:45
Inter Production
Рет қаралды 1,1 МЛН
Пришёл к другу на ночёвку 😂
01:00
Cadrol&Fatich
Рет қаралды 10 МЛН
L-ERBGĦA TIBDA S-SENA SKOLASTIKA 2024-25
2:15
ONE News Malta
Рет қаралды 94
IMFAKKRA S-60 SENA MILL-INDIPENDENZA
3:49
ONE News Malta
Рет қаралды 217
IL-PN DWAR L-INSIB LOKALI MAŻ-ŻMIEN
2:59
ONE News Malta
Рет қаралды 860
IL-FILM MALTI ‘CASTILLO’ FIĊ-ĊINEMA
4:13
ONE News Malta
Рет қаралды 99
COUNCILLORS IFAĦĦRU D-DEĊIŻJONI TAL-GVERN
1:47
ONE News Malta
Рет қаралды 62
ISSIR PROĊEDURA GĦALL-EWWEL DARBA FL-ISPTAR MILL-MALTIN
1:50
ONE News Malta
Рет қаралды 130
DISKORS TA’ BERNARD GRECH ANKRAT FIL-PASSAT
1:46
ONE News Malta
Рет қаралды 236
ATTIVITÀ TA’ TINDIF FIL-BAJJA TAT-TORRI L-ABJAD
1:40
ONE News Malta
Рет қаралды 130
IL-PM U L-AMMINISTRAZZJONI TAL-PL JŻURU DAR IL-MISTRIEĦ
1:58
ONE News Malta
Рет қаралды 69