TIXHED IL-MARA TAL-AVUKAT CARMEL CHIRCOP

  Рет қаралды 2,264

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT • Illum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ tal-qtil tal-Avukat Carmel Chircop.
Fuq il-pedana tax-xhieda kien imiss tixhed mart il-vittma, li bid-dmugħ f’għajnejha rrakkontat il-jum li saret taf bil-qtil ta’ żewġha u kif id-dejn li kellu Adrian Agius, tal-Maksar, ma’ żewġha pprova jiġi annulat bi proċeduri l-Qorti, li nfetħu ħames xhur wara l-omiċidju.
KITBA: ONE NEWS
FILMAT: ARKIVJI
Fil-ġimgħat qabel inqatel, l-Avukat Carmel Chircop, kien qed jipprova jiġbor is-sitt mitt elf ewro li kellu jħallsu lura Adrian Agius, l-akkużat li allegatament kkummissjona l-qtil ta’ Chircop.
Qalet dan il-mara tal-vittma hekk kif illum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda. Bid-dmugħ f’għajnejha, Mary Rose Chircop, irrakkontat il-jum meta saret taf li r-raġel tagħha kien inqatel f’Birkirkara fejn spjegat kif suppost kellu jkun hemm binhom miegħu, iżda nzerta li dakinhar tħassritlu l-lezzjoni.
Hi spjegat kif għal xhur sħaħ wara l-qtil tar-raġel tagħha, l-akkużat kien ipprova jannulla d-dejn li kellu permezz ta’ kawżi fil-Qorti fejn wara laħqu ftehim barra l-Qorti għal persentaġġ żgħir mill-ammont oriġinali li kellu jagħti lura.
Chircop inqatel fi sparatura f’garaxx fit-8 ta’ Ottubru tal-2015. Adrian Agius qed ikun akkużat li kkummissjona l-qtil, filwaqt li Jamie Vella u George Degiorgio qed ikunu akkużati li wettqu l-qtil.
Il-mara ta’ Chircop xehdet kif oriġinarjament Agius, magħruf bħala Tal-Maksar, kellu jħallas lil żewġha €750,000 fejn wara ħlas ta’ €150,000 kien għad fadal €600,000 f’dejn, bid-data tal-ħlas kienet għal Lulju tal-2015.
Ġara li wara li għadda ż-żmien, flimkien ma’ żewġha marru jaraw villa f’Baħar iċ-Ċagħaq bħala forma ta’ ħlas, liema villa m’għoġbithomx. Xhur wara hi semgħet lil żewġha jitlob flusu lura, iżda hu qatt ma tħallas.
Kien ħames xhur wara l-qtil li Agius fetaħ proċeduri fil-Qorti kontra mart u iben il-vittma biex jiġi annullat il-kuntratt fuq il-villa fejn wara l-ewwel smigħ laħqu kompromess ta’ ħlas ta’ €165,000 biex jagħlqu l-każ darba għal dejjem.
Il-Qorti semgħet ukoll kif l-Ispettur Sandra Zammit iddeskriviet il-jum tal-qtil fejn meta kellmet lill-mara tal-vittma, dwar jekk żewġha kienx involut f’xi inkwiet, hi mill-ewwel semmiet lil Adrian Agius. Spjegat kif hi qaltilhom kif żewġha, u Agius, Etienne Carra u Ryan Schembri kellhom rabtiet permezz ta’ negozju li kienu jinvolvu flus kbar.
Meta ġie interrogat, Agius ammetta li Chircop kien qed jiġri warajh għal ħlasijiet ta’ dejn li kellu u li Chircop kien qallu li l-garanzija li kellu għas-somma li kellu jħallas, li kienet il-villa, issa hi tiegħu. Iżda Agius kien qal lill-Pulizija li fil-jum tal-qtil hu ma kienx Malta, bil-konnessjoni tal-mobile ġiet ikkonfermata li kienet imqabbda ma’ Telecom Italy fl-istess jum.

Пікірлер
IL-KOĦĦU KIEN U GĦADU JIBŻA’ MILL-AĦWA DEGIORGIO
3:10
ONE News Malta
Рет қаралды 6 М.
IL-KOĦĦU JIXHED DWAR KIF IĊ-ĊINIŻ DEJJEM RIED BOMBA
2:23
ONE News Malta
Рет қаралды 2,1 М.
💩Поу и Поулина ☠️МОЧАТ 😖Хмурых Тварей?!
00:34
Ной Анимация
Рет қаралды 2 МЛН
escape in roblox in real life
00:13
Kan Andrey
Рет қаралды 94 МЛН
规则,在门里生存,出来~死亡
00:33
落魄的王子
Рет қаралды 25 МЛН
KIF KIEN IPPJANAT U SEĦĦ IL-QTIL TA' DCG.
7:26
ONE News Malta
Рет қаралды 91 М.
JAMMETTI U JEĦEL 15-IL SENA ĦABS FUQ IL-QTIL TA’ DCG
2:59
ONE News Malta
Рет қаралды 13 М.
“JIEN MHUX SE NIDDEJJAQ INTAJJAR TNEJN”
3:44
ONE News Malta
Рет қаралды 31 М.
MHUX ESKLUŻ LI L-ARMI LI NSTABU NTUŻAW F’DELITTI
3:55
ONE News Malta
Рет қаралды 18 М.
L-ERBA’ AKKUŻATI LI TRESSQU B’IMPLIKAZZJONI KRIMINALI
2:22
ONE News Malta
Рет қаралды 4,4 М.
TIXHED IL-KOLUMBJANA AGGREDITA F’PACEVILLE
4:15
ONE News Malta
Рет қаралды 1,8 М.
ARRESTAT DANIEL MUKA B’RABTA MAL-QTIL DOPPJU
4:47
ONE News Malta
Рет қаралды 14 М.
JGĦID LI SE JOQTOL LIL MUKA JEKK IPOĠĠUH F’ĊELLA MIEGĦU
2:14
Żvelat filmat ta' serqa kbira.
3:02
ONE News Malta
Рет қаралды 49 М.