IL-KARNIVAL GĦAXQI LI JMUR LURA 130 SENA

  Рет қаралды 2,266

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT - Il-Karnival f’Ħal Għaxaq imur lura għal mija u tletin sena.
Karnival spontanju u li għadu ċċelebrat bħal ta’ dari.
Din is-sena xejn b’inqas hekk kif mistennija naraw numru ta’ maskarati jħufu fit-toroq lesti biex jagħtu qatgħa tajba lil kull min jgħaddi minn ħdejhom.
KITBA: LEANNE ABELA GRECH
FILMAT: B. BONELLO / T. AGIUS
Maskarat tini perlina,
Għax warajk għandek xadina,
Minflok waħda tini tnejn,
Għax inniżlek għarkubtejk.
Taqbila li qed nisimgħu f’dawn iż-żminijiet li se jibda r-renju tal-bluha.
Il-Karnival mhux biss fil-kapitali iżda fl-irħula għadek issib dak magħruf bħala l-Karnival spotanju.
F’Ħal Għaxaq, il-Karnival imur lura għal mija u tletin sena.
Dan il-karnival huwa partikolari fejn il-maskarati jduru mat-toroq u xi qatgħa jew dehxa f’ġismek ma tonqos.
Ftit jiem ‘il bogħod minn dan il-Karnival iltqajna ma’ Twanny Agius, storiku Għaxqi li spjega kif lura fiż-żmien kienu jintasbu fil-pjazza jaqlu l-mazzit u jixorbu l-inbid mad-daqq tal-kitarra.
TWANNY AGIUS
STORIKU GĦAXQI
“Matul iż-żmien inħolqu maskarati hawnhekk konna ngħidulhom tal-Bużżu, tax-Xelin niftakar jien, tixtri maskla tista’ tkun ta’ qamar, ta’ mewt, tal-kelb, ta’ tfajla u xi waħda oħra li ma nistax niftakar bħalissa. Dawn kienu jinbiegħu xi xelin u kienu jilbsu faċċata tal-wiċċ biss, imma r-raħal kollu kien mimli bihom”
Qalilna wkoll kif dawk li jilbsu f’Ħal Għaxaq joħolqu kostum ikkulurit mix-xejn.
TWANNY AGIUS
STORIKU GĦAXQI
“Issa qed isir karnival hekk imsejjaħ spontanju li niggarantilek jien li waqt li qed nitkellmu bħalissa xi mkien hawn viċin jista’ jkun go garaxx, ġo xi dar jew ġo maħżen xi mkien hemm xi grupp ta’ nies, irġiel, tfal, ġuvintur jew individwi illi dawn qed jippreparaw xi ħaġa għal dawn il-jiem ta’ bluha li niċċelebraw ġor-raħal tagħna.”
Bla dubju l-Karnival f’Ħal Għaxaq għadu bħal ma kien meta twieled u għalhekk, nhar il-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta min jerħilha lejn dan ir-raħal antik jista’ jsib ma’ wiċċu xi maskarat bħal ta’ dari.

Пікірлер
Tkompli l-kontroversja dwar il-festa taż-Żejtun
4:07
ONE News Malta
Рет қаралды 3,6 М.
Touching Act of Kindness Brings Hope to the Homeless #shorts
00:18
Fabiosa Best Lifehacks
Рет қаралды 19 МЛН
Fake watermelon by Secret Vlog
00:16
Secret Vlog
Рет қаралды 16 МЛН
Similarities Between Arabic and Sicilian
14:11
Bahador Alast
Рет қаралды 1,3 МЛН
MD25 | Hamrun S. vs Floriana | 27.04.24 | BOV Premier League
4:11
Hamrun Spartans FC
Рет қаралды 3,5 М.
Karnival Ta' Malta 2023
5:15
Festi ta' Malta
Рет қаралды 2,1 М.
INAWGURAT IL-PROĠETT TAL-MARSA JUNCTION
2:46
ONE News Malta
Рет қаралды 2,4 М.
British Accents: Cockney
7:58
English Like A Native
Рет қаралды 1,3 МЛН
IŻ-ŻEWĠ ŻGĦAŻAGĦ KAĊĊATURI LI NQATLU B’SAJJETTA
2:27
ONE News Malta
Рет қаралды 8 М.
X'Sar Minnhom - l-Iskola Abram Gatt
12:06
TVM
Рет қаралды 3,1 М.
IX-XLUKKAJRI ĦADU R-RUĦ.
3:36
ONE News Malta
Рет қаралды 4,6 М.
TNAQQIS KBIR FL-IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI
2:57
ONE News Malta
Рет қаралды 81