Kunċert tal-Festa Madonna tas-Sacro Cuor u tal-100 Sena mit-Twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Sliema

  Рет қаралды 182

Soc. Fil. Sliema

Soc. Fil. Sliema

Күн бұрын

It-Tnejn 26 ta' Ġunju fos-7.30 pm il-Banda Ċittadina Sliema taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone tellgħet il-Programm Vokali u Mużikali tal-Festa tal-Madonna tas-Sacro Cuor u tal-100 Sena mit-Twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Sliema, fis-Santwarju Marjan tal-Madonna tas-Sacro Cuor f' Tas-Sliema.
Dan il-Programm kien imtella' mis-Soċjetà Filarmonika Sliema flimkien mal-Kummissjoni Festi Parroċċa Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor u bil-kollaborazzjoni tal-Komunità Franġiskana u l-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema.
Flimkien mal-Banda Cittadina Sliema fil-programm ħadu sehem it-tenur Angelo Muscat, il-baritonu Ivan Vella, is-soprani Rosabelle Bianchi u Gloriana Arpa Belli, il-Kor Parrokkjali tal-Parroċċa u s-solisti Christian Fenech fuq it-trumbun u Omar Coleiro fuq l-ewfonju.
Il-kunċert fetaħ bl-"Ave Maria" ta' Anton Bruckner taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone.
Imbgħad is-Sur Mario Fenech għamel l-introduzzjoni tiegħu u sejjaħ lis-Sur Mario Spiteri biex jippreżenta Standard Ġdid tas-Soċjetà Filarmonika “Sliema” u lis-Sur Jonathan Grima, President tas-Soċietà Filarmonica Nazionale “La Valette” sabiex jippreżenta Standard tal-Banda La Valette lill-President tas-Soċjetà s-Sur Jesmond Vella b’turija tal-konnessjoni u ħbiberija li mit-twaqqif tas-Soċjetà tagħna hemm ma’ dik ta’ “La Valette” tal-Belt Valletta.
Imbgħad indaqqet Ave Maria "A Nostra Signora del Sacro Cuore di Ġesù" ta' Pasquale Aiezza u mal-banda tkanta Rosabelle Bianchi. Din is-silta mużikali ġiet irregalata minn Mro Aiezza nnfisu meta żar is-sede tas-Soċjetà tagħna f’ April illi għadda.
Wara indaqqet "Lament" minn "Stabat Mater" ta' Karl Jenkins b'arranġament ta' Aurelio Belli fejn kien hemm Omar Coleiro bħala solista fuq l-ewfonju.
Il-kunċert kompla bl-"Hallelujah" mill-film "Shrek" ta' Leonard Cohen b'arranġament ta' Lesley Tabone u kantat mal-banda s-soprano Gloriana Arpa Belli.
Għaddejna imbgħad biex nisimgħu Solo per Trombone "La Califfa" ta' Ennio Morricone fejn bħala solista fuq it-trumbun kien hemm il-bandist tal-post Christian Fenech.
Wara Gloriana Arpa Belli flimkien mal-banda interpretat l-"Ave Maria" ta' Beyonce fuq arranġament ta' Joe Brown.
Imbgħad għaddejna biex nisimgħu l-esekuzzjoni ta' Innu ġdid fl-okkażjoni tal-100 Sena tas-Soċjetà bl-isem ta' "Int Sultana Tas-Slimiżi" ta' Lesley Tabone u bil-kliem tal-Eċċellenza Tiegħu Joseph Cuschieri li kien interpretat flimkien mal-banda mis-soprano Rosabelle Bianchi. Fl-aħħar tal-interpretazzjoni li ntlaqgħat b’capcip kbir fost il-ħafna nies preżenti, is-soprano Rosabelle Bianchi tellgħet bukket fjuri quddiem l-Istatwa tas-Sultana Tagħna Nkurunata.
Għaddejna biex nisimgħu jindaqq il-mistenni Innu l-Kbir "Lis-Sultana Tagħna tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù" ta' Ferdinando Camilleri bil-versi tal-Profs Luigi Billion fejn flimkien mal-banda ħadu sehem it-tenur Angelo Muscat, il-baritonu Ivan Vella u l-Kor Parrokkjali.
Wara l-indaqq l-Innu Kbir li ukoll bħal kull sena ngħata akklamazzjoni kbira minn dawk kollha preżenti il-President tas-Soċjetà laqgħa diversi preżentazzżjonijiet lis-Soċjetà Filarmonika Sliema fl-okkażjoni tal-100 sena. Dawn kienu minngħand l-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Joseph Cuschieri fejn flimkien mas-Surmast Direttur Mro Lesley Tabone ppreżenta l-partitura oriġinali tal-Innu l-ġdid “Int Sultana Tas-Slimiżi” kif ukoll għaddha l-propjetà esklussiva ta’ dan l-Innu lis-Soċjetà. Preżentazzjonijiet oħra saru mis-Soċjetà Filarmonika “Stella Maris”, is-Soċjetà Mużikali “San Girgor”, is-Soċjetà Mużikali Banda “San Ġiljan”, is-Sur Alfred Borg, is-Sur Gigi Gusmann u s-Sur Anton Debono t-Teżorier tas-Soċjetà tagħna.
Wara l-President is-Sur Jesmond Vella f’isem is-Soċjetà Filarmonika Sliema għamel preżentazzjoni lill-Kappillan Patri Paul Attard ofm li wkoll huwa d-Direttur Spiritwali tas-Soċjetà u li propju wara l-Festa ser iħalli l-kappillanat ta’ din il-parroċċa u preżentazzjoni lis-Sur Brian Vigar President tal-Kummissjoni Festi Parroċċa Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor b’ turija tal-għaqda b’saħħita li hemm bejn iż-żewġ għaqdiet u għall-kollaborazzjoni u għajnuna kbira tagħhom fil-preparamenti għaċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Festi tal-100 Sena.
Wara l-President stieden lill-Kappillan jagħmel il-messaġġ tiegħu u wara l-President għamel ukoll messaġġ tiegħu.
Il-programm fis-Santwarju Marjan intemm b' "Tislima lil Tas-Sliema" ta' Andrew Coleiro, l-Innu Popolari "Viva Dejjem" ta' Domenico Quercetti li ġiet interpretata mill-kantanta ċkejkna Elisa Lungaro Mifsud.
Jagħlaq dan il-programm eċċellenti u mill-isbaħ u b’attendenza tassew numeruża l-Inno "Sliema" ta' Cardenio Botti.

Пікірлер
Ħruġ minn Niċċa - Festa Madonna tas-Sacro Cuor Tas-Sliema - 2018
14:04
La Vedova Allegra: Tace il Labbro, F. Lehart - Capodanno 2025
3:28
Filarmonica Paganelli
Рет қаралды 70
Beat Ronaldo, Win $1,000,000
22:45
MrBeast
Рет қаралды 158 МЛН
1% vs 100% #beatbox #tiktok
01:10
BeatboxJCOP
Рет қаралды 67 МЛН
СИНИЙ ИНЕЙ УЖЕ ВЫШЕЛ!❄️
01:01
DO$HIK
Рет қаралды 3,3 МЛН
SAEBEOM LEE -  First Round (2nd International Maestro Piano Competition)
27:44
Psalm 139, Magnificat 3, Psalm 104
24:37
Jempization
Рет қаралды 24
Nino Rota: The Godfather - Zalai Balaton-part Koncertfúvószenekar
10:13
Zalai Balaton-part Ifjúsági Fúvószenekar
Рет қаралды 213
Zen Meditation Music: Tranquil Sounds for Mindfulness Practice
1:07:21
Feature Festa Madonna tas-Sacro Cuor 2023 - minn D.SPhotography
5:41