No video

METSOLA MILL-ĠDID ELETTA PRESIDENT TAL-PE

  Рет қаралды 499

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

ONE.COM.MT •
“L-Ewroparlamentari Maltija Roberta Metsola reġgħet ġiet eletta bħala l-President tal-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs li ġejjin. Hi kisbet il-maġġoranza assoluta tal-voti fost l-Ewroparlamentari Ewropej fl-ewwel rawnd tal-voti minn erbgħa, li kienu skedati għal din l-elezzjoni.”
B’kollox, għal din l-elezzjoni, ivvotaw 699 Membru Parlamentari Ewropew, li minnhom kien hemm 623 vot validu.
VOTAZZJONI TAL-PRESIDENT TAL-PARLAMENT EWROPEW
IVVOTAW: 699 MEP
VOTI VALIDI: 623
VOTI INVALDI JEW MHUX MITFUGĦA: 76
Għall-kariga ta’ President tal-Parlament Ewropew, Metsola kienet ikkontestata mill-Membru tal-Parlament Ewropew Spanjola Irene Montero.
Il-Membru Parlamentari Ewropew Maltija kisbet 562 vot, li jammontaw għal ftit iżjed minn 90% tal-voti li ntefgħu. Min-naħa tagħha, Montero kisbet 61 vot.
ELEZZJONI PRESIDENT TAL-PARLAMENT EWROPEW
ROBERTA METSOLA: 562
IRENE MONTERO: 61
B’dan il-vot, Metsola hi t-tieni persuna fl-istorja tal-Parlament Ewropew li ngħatat il-fiduċja għat-tieni mandat infila, iżda l-ewwel mara f’dan ir-rigward. Hi wkoll it-tielet mara li qed isservi f’dan ir-rwol.
Dan wara li f’Jannar tal-2022, Metsola kienet ġabet il-maġġoranza tal-voti fost il-membri Parlamentari Ewropej u għelbet l-isfida minn żewġ kandidati oħrajn.
Metsola kienet innominata bħala l-kandidata uffiċjali tal-Grupp tal-Partiti Popolari Ewropej, l-EPP, li wara l-elezzjonijiet ta’ Ġunju li għadda reġa’ ġie kkonfermat bħala l-akbar grupp fl-istituzzjoni.
Fl-ewwel diskors tagħha, bħala President tal-Parlament Ewropew, Metsola laqgħet dan ir-riżultat, filwaqt li tenniet li se taħdem ta’ kuljum biex tilħaq l-aspettattivi ta’ kulħadd ħalli l-Ewropa tkun aktar aċċessibbli għal kulħadd.
Hi anke tat kontribut lil dawk kollha li ħadmu biex jibnu l-Unjoni Ewropea fuq il-prinċipji demokratiċi u tal-ugwaljanza, fejn anke rreferiet għall-President Emeritu Eddie Fenech Adami.
Metsola anke sostniet l-importanza li l-Unjoni Ewropa tibqa’ indipendenti, stabbli u li tagħti s-soluzzjonijiet fil-ġlieda kontra l-klima. Spjegat li se toħloq qafas ġdid ta’ sigurtà u difiża. Hawn tkellmet ukoll dwar il-bżonn li l-Unjoni Ewropea timplimenta leġiżlazzjonijiet dwar l-immigrazzjoni u l-ażil.
Fl-intervent tagħha, hi wkoll sostniet li għad hemm diskriminazzjoni kontra n-nisa u persuni b’diżabilità.
Il-President appellat wkoll għal difiża soda tal-istat tad-dritt, appoġġ kontinwu għall-Ukrajna, dik li sejħet paċi sostenibbli fil-Lvant Nofsani, simplifikazzjoni tal-burkorazija u protezzjoni aktar b’saħħitha tad-drittijiiet soċjali.
“Eżatt wara li ġiet eletta Metsola, il-Ministru għall-Affarjiet Barranin Malti Ian Borg awguralha għal din il-kariga u għas-sentejn u nofs li ġejjin. Il-Ministru sostna li s-sena 2024 hi sena storika għal pajjiżna, hekk kif bħalissa Malta hi membru elett fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, Malta wkoll għandha l-Presidenza tal-OSCE u issa Maltija qed tmexxi l-Parlament Ewropew.
Hu temm jgħid li issa hu żmien li kulħadd jaħdem flimkien għall-paċi, it-tolleranza u l-ġustizzja, ħalli flimkien jieqfu l-gwerer u l-vjolenza u jippromwovu l-paċi.
Jien Francesco Borg, f’isem il-kollega Alex Borg, minn ġewwa l-Parlament Ewropew fi Strasburgu, insellmulkom.”

Пікірлер
L-AKBAR TNAQQIS FIT-TAXXA GĦALL-‘MIDDLE CLASS’
4:10
ONE News Malta
Рет қаралды 36
Нашли чужие сети в озере..💁🏼‍♀️🕸️🎣
00:34
Connoisseur BLIND420
Рет қаралды 3,6 МЛН
❌Разве такое возможно? #story
01:00
Кэри Найс
Рет қаралды 2,6 МЛН
How I Did The SELF BENDING Spoon 😱🥄 #shorts
00:19
Wian
Рет қаралды 36 МЛН
L-AWTORITAJIET JISSOKTAW BL-ISPEZZJONIJIET
1:17
ONE News Malta
Рет қаралды 513
Dave Allen - religious jokes
13:20
DutchPastaGuy
Рет қаралды 6 МЛН
IĊĊARATI L-FATTI QUDDIEM IL-POPULIŻMU TAL-PN
2:42
ONE News Malta
Рет қаралды 892
Putin's Russia is 'slow' and unprepared | Karin Von Hippel
8:17
Times Radio
Рет қаралды 69 М.
MAKARIOS ĦARAB LEJN MALTA 50 SENA ILU
2:31
ONE News Malta
Рет қаралды 414
FUQ LIEMA KUMITATI SE JPOĠĠU L-MEPS TAL-PARTIT LABURISTA?
3:17
Who Wants to be a Millionaire US: First Million Dollar Winner with John Carpenter
19:07
Motherland Darren's Sessions
Рет қаралды 3,7 МЛН
Нашли чужие сети в озере..💁🏼‍♀️🕸️🎣
00:34
Connoisseur BLIND420
Рет қаралды 3,6 МЛН