XELTER LI REĠA’ NSTAB U ĦA LURA FIS-SNIN FAMILJA ŻEJTUNIJA

  Рет қаралды 2,074

ONE News Malta

ONE News Malta

Күн бұрын

Xelter li reġa’ nstab f’dar fiż-Żejtun ħa lura fis-snin lil familja li għandha antenati tagħha li saħansitra ġġieldu fil-gwerra l-kbira fid-Dardanelli, mal-Baħar l-Iswed.
Joan Agius, Żejtunija u kburija bil-belt Beland irrakkontatilna anedotti taz-ziju ta’ żewġha li jaf il-qoħob kollha fuq ix-xelter li serva ta’ protezzjoni meta Malta kienet taħt in-nar.
KITBA: FRANCESCO BORG
FILMATI: CHRIST BORG
XELTER LI REĠA’ NSTAB U ĦA LURA FIS-SNIN FAMILJA ŻEJTUNIJA
F’ħafna lokalitajiet hemm bosta xelters li tul it-Tieni Gwerra Dinjija kienu jagħtu kenn lill-eluf ta’ Maltin mill-qilla tal-bombi tal-qawwiet tal-Assi.
F’xelter viċin il-knisja tal-Madonna tal-ħniena fiż-Żejtun, fejn tiddomina l-ħemda, iltqajna ma’ Joan Agius, mara li f’darha hemm xelter li m’ilux tnaddaf u instabu oġġetti li jitfgħu dawl lil hinn mill-gwerra li fiha Malta kienet taħt in-nar.
Hija ddeskriviet is-sejba ta’ dan ix-xelter, li għal xi żmien kien intradam.
SOT 1 JOAN AGIUS
GĦANDHA XELTER F’DARHA
Bdejn nfittxu ħafirna l-art u xiħ beda jgħidli li huwa x'imkien hawn u imbagħad ir-raġel tat-tifla kien tefa' ġebla u qalli hawn ijjed għax taf inti tisma’ l-echoe tal-ġebla nieżla.
Is-Sinjura Agius spjegat ma’ dan l-istazzjon kif iz-ziju ta’ żewġha, li damet tikkurah għal żmien kien jirrakkontalha kif qalb id-daqq tas-sireni, ix-xita ta’ bombi u bejn ġirja u oħra minn u lejn ix-xelter, għexieren ta’ eluf ta’ Maltin batew il-ġuħ u l-għaks.
SOT 2 JOAN AGIUS
Darba kien irrakkontali u ma kontx nemmnu jiena, tant kemm kien hawn ġuħ li darba ma kellhomx jieklu, u kienet għadha kemm tmut majjala u qalhom jien se nmur naqlaha u niekol minnha. Titqażżiza illum imma l-għaks li kien hawn.
Għal xi żmien Giacond Gravina, iz-ziju tar-raġel ta' Joan Agius qatta’ ftit taż-żmien id-Dardanelli mal-Baħar l-Iswed waqt l-ewwel gwerra dinjija fejn minn hemm ġab diversi oġġetti fosthom arloġġ li kien mogħti lilu minn suldat li miet fil-gwerra.
Joan Agius spjegat li fil-Knisja tal-Ħniena, li kienet viċin ix-xelter kienu stazzjonati diversi suldati Ingliżi u lil qarib ta' Joan Agius kienu jtuh diversi oġġetti fosthom biċċa pjanċa ta' ajruplan li minnha ġie maħdum inkwatru tal-qalb ta' Ġesù, li meta reġa infetaħ ix-xelter instab hemm.
SOT 3 JOAN AGIUS
Hu maħdum fuq pjanċa ta' ajruplan, jekk teqlibha hemm in-numru tal-ajruplan , imma meta kien jgħidli mhux ma kontx nemmnu ta imma kont ngħid possibli.
Lil Joan Agius sellimnilha hekk kif ħriġna mix-xelter u hi ma naqsitx milli ġġannat dawn il-memorji tax-xelter maċ-ċirkostanzi straordinarji li qed ngħixu llum minħabba l-imxija.
Fil-fatt hija saħqet li llum ix-xelter tagħna huwa d-dar li żżommna siguri ġewwa biex ma nimirdux bil-Coronavirus.

Пікірлер
IŻ-ŻEWĠ ŻGĦAŻAGĦ KAĊĊATURI LI NQATLU B’SAJJETTA
2:27
ONE News Malta
Рет қаралды 8 М.
To Brawl AND BEYOND!
00:51
Brawl Stars
Рет қаралды 17 МЛН
Гениальное изобретение из обычного стаканчика!
00:31
Лютая физика | Олимпиадная физика
Рет қаралды 4,8 МЛН
Quando eu quero Sushi (sem desperdiçar) 🍣
00:26
Los Wagners
Рет қаралды 15 МЛН
Tkompli l-kontroversja dwar il-festa taż-Żejtun
4:07
ONE News Malta
Рет қаралды 4 М.
IX-XIRI TA’ VILLA GWARDAMANĠA FIL-MIDJA INTERNAZZJONALI
3:57
ONE News Malta
Рет қаралды 3,8 М.
X'Sar Minnhom - l-Iskola Abram Gatt
12:06
TVM
Рет қаралды 3,5 М.
IL-ĦUTA NAZZJONALI LURA FIL-MAGĦLUQ
2:28
ONE News Malta
Рет қаралды 2,9 М.
JIFTAKRU LI FL-GĦAJN TAL-ĦASSELIN KIENU JGĦUMU N-NIES
1:47
ONE News Malta
Рет қаралды 3,1 М.
IX-XLUKKAJRI ĦADU R-RUĦ.
3:36
ONE News Malta
Рет қаралды 4,8 М.
“MHUX SE NIEQFU NKUNU T-TARKA TAŻ-ŻGĦIR” - IL-PM
3:15
ONE News Malta
Рет қаралды 699
ARRESTAT ŻAGĦŻUGĦ B’RABTA MAL-HIT AND RUN FIŻ-ŻEJTUN
1:08
ONE News Malta
Рет қаралды 3,9 М.