‘QOMT BIEX IMMUR NISTAD U D-DGĦAJSA MA SIBTHIEX’

  Рет қаралды 10,848

ONE News Malta

ONE News Malta

3 жыл бұрын

ONE.COM.MT • Fl-ewwel servizz tal-lum se niltaqgħu ma’ Rodger Mangion minn Birżebbuġa li f’dawn l-aħħar jiem spiċċa ma jistax jagħmel il-passatemp li jħobb, li jmur jistad.
Dan hekk kif żewġ immigranti li jgħixu f’Ħal Far serqu din id-dgħajsa u ppruvaw jaħarbu biha lejn l-Italja. Dawn tressqu l-Qorti tul il-jum fejn ġew ikkundannati l-ħabs.
Id-dettalji f’dan l-ewwel servizz ta’ Eman Portelli.
KITBA: EMAN PORTELLI
FILMAT: ALEX BORG/ARKIVJI
Qomt filgħodu biex immur nistad, u d-dgħajsa ma sibthiex hemm. Hekk qalilna bid-dmugħ f’għajnejh Rodger Mangion, li kmieni l-Ġimgħa filgħodu nsterqitlu d-dgħajsa tas-sajd li qatta’ ħafna minn ħajtu fuqha.
Iż-żewġ immigranti li serqu d-dgħajsa u pruvaw jaħarbu biha lejn l-Italja tressqu l-Qorti s-Sibt filgħodu, ammettew għemilhom, u ġew ikkundannati l-ħabs.
Irrakkontalna kif id-dgħajsa nsterqet mix-xatt tal-Qajjenza, u ż-żewġ Sudaniżi laħqu ħarbu biha sa’ tmien mili ‘l barra mill-kosta ta’ Birżebbuġa.
Intebaħ b’kollox propju fit-tlieta tal-Ġimgħa filgħodu, meta fit-tlieta ta’ filgħod niżel ix-xatt għal dawra madwar il-portijiet ta’ Birżebbuġa u Marsaxlokk.
RODGER MANGION
SID ID-DGĦAJSA
“Qomt filgħodu kmieni, ħa mmur nistad u ma sibtiex hemm …..”
Qal kif huwa dar madwar Birżebbuġa jfittex mal-madwar forsi nqatta l-ħabel jew hekk u d-dgħajsa baqgħet fl-inħawi.
RODGER MANGION
SID ID-DGĦAJSA
“Jiena imbagħad pruvajt nagħmel l-alumu tiegħi nipprova nfittxa, forsi nqatta xi ħabel jew xi ħaġa hekk għax għamlet dik in-naqa riħ imma mhux li jinqata l-ħabel żġur għax kellha ħabel nofs pulzier oħxon jiġifieri tużah fuq dgħajsa kbira. Mort nagħmel rapport l-għassa biex wara li fittixt, imxejt kwazi sal-freeport biex nara din id-dgħajsa fejn qegħda” (26 secs)
Ishaq Adam ta’ tmintax-il sena u Adam Ibrahim Asab ta’ tlieta u għoxrin sena eventwalment inqabdu tmien mili ‘l bogħod mill-ibħra Maltin, hekk kif spiċċaw f’nofs ta’ baħar mingħajr petrol u d-dgħajsa waqfet.
RODGER MANGION
SID ID-DGĦAJSA
“Ċempluli mill-għassa, qaluli li l-patrol boat sabitha tmien mili barra minn Malta, u għedtilhom tmien mili għedtilhom kif inhi ma jistax ikun bir-riħ ħarġet id-dgħajsa marret ‘il barra, meta suppost tidħol ‘il ġewwa, mhux titlaq ‘il barra u qaluli l-istorja”
Is-Sibt filgħodu Ishaq Adam u Adam Ibrahem Asab tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, fejn ingħataw is-sentenza ta’ sena u tmien xhur ħabs u sena u xhur ħabs rispettivament.
Fil-Qorti, il-presekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butters qalet kif il-Ġimgħa għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, il-Forzi Armati ta’ Malta sabu din id-dgħajsa kienet f’nofs ta’ baħar. Ġie nnutat kif din id-dgħajsa li kienu fuqu kienet misruqa u ma kinitx dgħajsa li toħroġ diversi mili ‘l barra.
B’weġgħa kbira, Rodger qal magħna kif din id-dgħajsa li tant qatta’ ħin fuqha u li ħadimha b’idejh stess ma tistax terġa tintuża hekk kif ġarbet diversi ħsarat kbar, minħabba li din id-dgħajsa ma tiflaħx tkun fil-baħar t’hekk barra.
RODGER MANGION
SID ID-DGĦAJSA
“Tista tgħid l-istaġun moħli, ħa ngħidu hekk sakemm tirranġa waħda jew tixtri waħda u tagħmel”

Пікірлер: 11
@benz4898
@benz4898 3 жыл бұрын
Kieku jien ingalhom jahdmu xoghol ta tbatija f xemx taqli il grieden sa ma jkollhom flus bizzejjed biex ihalsu dajsa gdida lil dan il povru ragel li ma jahti xej. Imbghad kif ihalsu ta emijlhom inkeccijhom darba ghal dejjem min Malta. U mela nitfahhom sena u nofs il habz paxxuti ?!! Il habs mhux dejjem tajjeb u mhux ghal kulhadd. Min jithoqlu ghar mil habs, ghandu jiehu li haqqu. Dal barranin slavagg m ghadniex xnambuhom pajjizna. Meta konna tfal, in nanniet u il genituri kienu jghiedulna, ghamilha ma min hu ahjar minnek. Issa dal kliem spicca ghax irridu u ma rridux, ikolna nghiexu ma dan iz zibel ta nies li hawn min jghiedilhom imsiken. Imsieken ahna li ghaddejjin min dan kollu u uliedna li jkollok ihabtu wiccom mal barrani biex Malta tibqa tal Maltin.
@charlesattard2126
@charlesattard2126 3 жыл бұрын
Prosit veru li qed tghid
@mariojspiteri
@mariojspiteri 3 жыл бұрын
Prosit din hi l-verita!
@benz4898
@benz4898 3 жыл бұрын
@@charlesattard2126 hekk hassejtha s sitwazzjoni
@benz4898
@benz4898 3 жыл бұрын
@@mariojspiteri hekk hassejtha is sitwazzjoni
@ronnies2840
@ronnies2840 3 жыл бұрын
The Maltese government should give him a new boat !
@moonhorse100
@moonhorse100 3 жыл бұрын
exactly epecially a frejgatina you can get one for 2000 euros .
@patrickgrixti8892
@patrickgrixti8892 3 жыл бұрын
dik id dghajsa ma tista tigi qatt lura. il valur taghha mhux flus. Prosit li l magistrat tefaghhom il habs imma li ddeportahom wara kienet tkun hafna ahjar.
@georgemifsud1425
@georgemifsud1425 3 жыл бұрын
thes is the well came you ceve to thes TASH AND THES THEY CEVE YOU BBACK IS HATED STAND BACK
@mariospiteri8561
@mariospiteri8561 Жыл бұрын
Twikkejna bl imbarazz 😡😡
DALLI JWAĦĦAL F’ZAMMIT, IWIEĠBU IBNU
2:55
ONE News Malta
Рет қаралды 271
IL-PM F’LAQGĦAT MAL-PM LIBJAN FI TRIPLI
3:39
ONE News Malta
Рет қаралды 16
50 YouTubers Fight For $1,000,000
41:27
MrBeast
Рет қаралды 121 МЛН
Looks realistic #tiktok
00:22
Анастасия Тарасова
Рет қаралды 100 МЛН
孩子多的烦恼?#火影忍者 #家庭 #佐助
00:31
火影忍者一家
Рет қаралды 51 МЛН
Was ist im Eis versteckt? 🧊 Coole Winter-Gadgets von Amazon
00:37
SMOL German
Рет қаралды 39 МЛН
IL-PM JĦABBAR ĦIDMA FAVUR AKTAR RIFORMI F’PAJJIŻNA
3:07
ONE News Malta
Рет қаралды 293
IL-KALKARIŻI JILQGĦU LURA L-VARA TA’ SAN ĠUŻEPP
2:18
ONE News Malta
Рет қаралды 1,1 М.
INQAS PERSUNI F’ĊAĦDA MATERJALI U SOĊJALI SEVERA
2:41
ONE News Malta
Рет қаралды 187
METSOLA MILL-ĠDID ELETTA PRESIDENT TAL-PE
2:55
ONE News Malta
Рет қаралды 64
IL-PM JSOSTNI D-DEĊIŻJONIJIET TAL-GVERN QUDDIEM SFIDI ĠODDA
4:03
GĦAJNEJN L-EWROPA FUQ STRASBURGU
2:35
ONE News Malta
Рет қаралды 173
Speech by Joseph Muscat, Prime Minister of Malta
14:06
Party of European Socialists
Рет қаралды 2,6 М.
IL-LIĠI TAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ TIDĦOL FIS-SEĦĦ
2:08
ONE News Malta
Рет қаралды 189
MILL-ĠDID CHAIRMAN KONTRA L-KORRUZZJONI
1:21
ONE News Malta
Рет қаралды 113
50 YouTubers Fight For $1,000,000
41:27
MrBeast
Рет қаралды 121 МЛН